KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
KOKOTT
ippreżentati fit-18 ta’ Frar 2016 ( *1 )
Kawża C‑516/14
Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA
vs
Autoridade Tributária e Aduaneira
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (tribunal ta’ arbitraġġ fil-qasam fiskali, il-Portugall)]
“Dritt fiskali — Taxxa fuq il-valur miżjud — Artikolu 226(6) u (7) tad-Direttiva 2006/112/KE — Kontenut ta’ fattura dwar il-portata u n-natura ta’ provvista ta’ servizzi kif ukoll dwar id-data li fiha ġie pprovdut is-servizz — Artikolu 178(a) tad-Direttiva 2006/112/KE — Eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa — Ħtieġa ta’ żamma ta’ fattura li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE”
I – Introduzzjoni
1. |
Normalment li persuna tirċievi fattura ma hijiex raġuni sabiex tifraħ. Dan huwa ftit differenti fil-każ tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Fil-fatt, min jirċeviha jista’, f’ċerti ċirkustanzi, jiġi rrimborsat mill-awtorità fiskali l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud indikat fil-fattura (tnaqqis tat-taxxa). |
2. |
Madankollu, id-dritt dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-Unjoni jipprovdi li l-fattura għandha tinkludi wkoll minimu ta’ indikazzjonijiet. Fil-kawża fl-oriġini ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, l-awtorità fiskali Portugiża sostniet li dawn l-indikazzjonijiet ma kinux suffiċjenti. B’mod partikolari, l-indikazzjoni tal-provvista tas-servizzi ffatturati bħala “servizzi legali” mingħajr kjarifiki oħrajn, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-VAT għall-kontenut meħtieġ għal fattura. Hija biss fattura maħruġa regolarment li tagħti dritt għal tnaqqis tat-taxxa. |
3. |
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkjarifika żewġ punti. Hija għandha b’mod partikolari tirrispondi għal domanda ġdida, dwar il-livell ta’ dettall li għandu jkun preżenti fid-deskrizzjoni ta’ provvista ta’ servizzi f’fattura. Għalhekk hawnhekk il-Qorti tal-Ġustizzja għal darba oħra għandha tittratta dwar il-konsegwenzi ta’ fattura inkompleta sabiex jintalab dritt għal tnaqqis tat-taxxa, sabiex tikkompleta l-ġurisprudenza preżenti tagħha dwar dan il-qasam. |
II – Il-kuntest ġuridiku
A – Id-dritt tal-Unjoni
4. |
Il-ġbir tal-VAT fl-Unjoni huwa rregolat bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( *2 ) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”). Il-predeċessur ta’ din id-direttiva huwa s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima ( *3 ) (iktar ’il quddiem is-“Sitt Direttiva”). Sa fejn id-dispożizzjonijiet taż-żewġ direttivi huma identiċi, għandha tiġi kkunsidrata wkoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward is-Sitt Direttiva. |
5. |
L‑Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT ( *4 ) jipprovdi, fost oħrajn, id-dritt għal tnaqqis kif ġej: “Sakemm il-merkanzija [oġġetti] u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:
[…]” |
6. |
Fil-Kapitolu “Regoli li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis”, l-Artikolu 178 tad-Direttiva tal-VAT fil-verżjoni oriġinali tagħha ( *5 ), applikabbli fil-kawża prinċipali, iżid il-preċiżazzjonijiet li ġejjin: “Biex teżerċita d-dritt ta’ tnaqqis, persuna taxxabbli għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
[…]” |
7. |
L-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT li jikkonċerna l-kontenut tal-fatturi, b’mod partikolari jipprovdi: “Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti f’din id-Direttiva, dawn id-dettalji li ġejjin biss huma meħtieġa għall-finijiet ta’ VAT fuq fatturi maħruġa skond l-Artikoli 220 u 221: […]
[…]” |
8. |
Id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT essenzjalment jikkorrispondu ma’ dawk tas-sitt u tas-seba’ inċiżi tal-Artikolu 22(b) tas-Sitt Direttiva, li jirriżultaw mill-Artikolu 28h ( *6 ) tagħha, fil-verżjoni emendata tagħha bid-Direttiva 2001/115/KE ( *7 ). Din hija r-raġuni għalfejn b’mod partikolari għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-oriġini ta’ din id-dispożizzjoni tas-Sitt Direttiva f’dan il-każ. |
9. |
Il-premessa 46 tad-Direttiva tal-VAT tirrigwarda unikament il-fatturi u tinqara kif ġej: “(46) L-użu ta’ ħruġ ta’ fattura elettronika għandha tkun imfassla b’tali mod li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom. Għalhekk huwa xieraq, sabiex jiġi żgurat li s-suq intern jiffunzjona kif inhu xieraq, li titfassal lista, armonizzat fuq livell Komunitarju, tad-dettalji li għandhom jidhru fuq il-fatturi u biex ikunu stabbiliti għadd ta’ arranġamenti komuni li jirregolaw l-użu ta’ ħruġ ta’ fattura elettronika u l-ħażna elettronika ta’ fatturi, kif ukoll biex jikkontjaw lilhom infushom u biex jikkuntrattaw l-operazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ fatturi.” |
B – Id-dritt nazzjonali
10. |
Fid-dritt Portuġiż, mill-Artikolu 36(5)(b) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (iktar ’il quddiem is-“CIVA”), jirriżulta li l-fatturi għandhom jinkludu “d-deskrizzjoni standard ta’ […] servizzi pprovduti, bl-istipulazzjoni tad-dispożizzjoni dwar ir-rata ta’ taxxa applikabbli”. |
11. |
Huwa biss meta fattura b’mod partikolari tissodisfa dawn ir-rekwiżiti tal-Artikolu 36(5)(b) tas-CIVA li jeżisti, skont l-Artikolu 19(2)(a) u (6) tas-CIVA, dritt għal tnaqqis tal-VAT msemmija fil-fattura. |
12. |
Fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika Portugiża minbarra dan esponiet li, matul il-perijodu rilevanti għall-kawża prinċipali, id-dritt Portugiż kien jipprevedi rata ta’ VAT imnaqqsa għall-provvista ta’ servizzi ta’ avukat favur, b’mod partikolari, persuni rtirati mix-xogħol jew persuni qiegħda kif ukoll, ġeneralment, fil-kuntest ta’ proċeduri li jirrigwardaw l-istatus tal-persuni. Din ir-regola, li ma hijiex prevista mid-dispożizzjonijiet dwar il-VAT dwar rata mnaqqsa tal-VAT, li japplikaw fl-Unjoni kollha, hija bbażata fuq il-klawżola ta’ preċedenza tal-Artikolu 113 tad-Direttiva tal-VAT. |
III – Il-kawża prinċipali
13. |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-kumpannija Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA, hija attiva fis-settur tal-lukandi. |
14. |
Mis-snin 2008 sa 2010 hija talbet is-servizzi ta’ uffiċċju ta’ avukati. F’dan ir-rigward, l-uffiċċju tal-avukati ħareġ erba’ fatturi, li kienu jinkludu d-deskrizzjoni tas-servizzi li ġejja:
|
15. |
Fir-rigward tal-VAT, li hija indikata f’dawn il-fatturi, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali qed issostni dritt għal tnaqqis ta’ taxxa għal ammont globali ta’ EUR 8689.49 mingħand l-awtorità fiskali Portugiża. |
16. |
L-awtorità fiskali Portugiża rrifjutat, wara kontroll fiskali, it-tnaqqis tat-taxxa, billi d-deskrizzjonijiet tas-servizzi fil-fatturi ma kinux jikkorrispondu mar-rekwiżiti tal-Artikolu 36(5)(b) tas-CIVA. Għalhekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali pproduċiet dokumenti addizzjonali li kienu jinkludu deskrizzjoni ddettaljata tal-provvista tas-servizzi. Fl-istess waqt l-awtorità fiskali Portugiża rrifjutat it-tnaqqis tat-taxxa minħabba li l-fatturi kienu għadhom mhux konformi mar-rekwiżiti previsti mil-liġi. |
IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
17. |
It-Tribunal Arbitral Tributário (tribunal fiskali ta’ arbitraġġ, il-Portugall), li huwa adit bil-kawża, jikkunsidra li l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-VAT hija determinanti għal deċiżjoni dwarha u, fis-17 ta’ Novembru 2014, huwa għalhekk għamel id-domanda li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja, konformement mal-Artikolu 267 TFUE: L-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT tippermetti lill-Autoridade Tributária e Aduaneira [awtorità fiskali u tad-dwana] tikkunsidra bħala insuffiċjenti d-deskrizzjoni fil-fattura li tinkludi l-kliem “servizzi legali pprovduti minn data speċifika sa llum” jew inkella “servizzi legali pprovduti sa llum”, fid-dawl tal-fatt li din l-awtorità tista’, taħt il-prinċipju ta’ kollaborazzjoni, tikseb l-elementi supplimentari ta’ informazzjoni li hija tqis li huma neċessarji sabiex jiġu kkonfermati l-eżistenza u l-karatteristiċi ddettaljati tat-tranżazzjonijiet? |
18. |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ir-Repubblika Portugiża kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rigward din id-domanda. Fis-seduta li seħħet fl-14 ta’ Jannar 2016, l-aġenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Repubblika Portugiża u tal-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom. |
V – Id-dritt
19. |
Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju ( *8 ) finalment titlob risposta għal żewġ domandi differenti. |
20. |
Fir-rigward ta’ domanda minnhom hija tixtieq tikkjarifika, jekk fatturi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT rigward il-kontenut ta’ fattura (ara taħt A). Fid-domanda l-oħra, hija tixtieq tistabbilixxi l-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw minħabba dikjarazzjonijiet insuffiċjenti fil-fatturi għad-dritt tat-tnaqqis tat-taxxa (sussegwentement taħt B). |
A – Fuq il-kontenut tal-fatturi
21. |
L-ewwel nett għandha tiġi kkunsidrata d-domanda, jekk fatturi, bħal dawk imsemmija fil-kawża prinċipali, jissodisfawx ir-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT rigward il-kontenut ta’ fattura. |
22. |
F’dan il-każ il-kontenut neċessarju ta’ fattura huwa stabbilit b’mod vinkolanti u eżawrjenti fl-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT. Din id-dispożizzjoni tapplika għal fatturi li jinħarġu skont l-Artikoli 220 u 221 tad-Direttiva tal-VAT. Dawn il-fatturi kellhom jinħarġu skont l-Artikolu 220(1), peress li l-provvista ta’ servizzi kienet ipprovduta lil persuna taxxabbli oħra. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, id-dritt Portugiż madankollu ma jistax jistabbilixxi rekwiżit ieħor għall-kontenut ta’ fattura. Dan jirriżulta, minn naħa, mill-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT stess, fejn huma “biss” id-dettalji previsti minn dan l-artikolu li għandhom ikunu inklużi fil-fatturi u, min-naħa l-oħra, mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal‑VAT, li skont dan, għall-ġbir tal-VAT, l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu obbligi ta’ fatturazzjoni addizzjonali għal dawk stabbiliti minn din id-direttiva. |
23. |
Kif ir-Repubblika Portugiża esponiet ġustament, sempliċi interpretazzjoni tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT, li fuqu tiffoka d-domanda preliminari, ma hijiex suffiċjenti f’dan il-każ. Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti nazzjonali f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti stipulati mid-dritt tal-Unjoni ( *9 ), rigward il-kontenut ta’ fattura, l-Artikolu 226(7) tad-Direttiva tal-VAT għandu minbarra dan jiġi inkluż fl-eżami li għandu jsir. |
24. |
Skont dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, il-fatturi għandhom jinkludu kemm dettalji dwar “il-limitu u n-natura tas-servizzi mogħtija” (punt 6) kif ukoll “id-data li fiha l-provvista ta’ […] servizzi kienet saret jew tlestiet” (punt 7). |
1. Il-portata u natura tas-servizz
25. |
Fil-kuntest tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT, tqum il-kwistjoni jekk, id-dettalji li jidhru fil-fatturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri r-riferiment għal “servizzi legali pprovduti” matul ċertu perijodu jew sa ċerta data, jispeċifikawx b’mod suffiċjenti n-“natura” (sussegwentement taħt a) u l-“[portata]” (sussegwentement taħt b) tas-servizzi. |
a) Dwar in-natura tas-servizz
26. |
Sa issa l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ir-rekwiżiti tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT fir-rigward tad-deskrizzjoni tan-“natura” f’kawża waħda biss, f’dak li jikkonċerna l-kunsinna ta’ oġġetti. Fil-fatt l-Artikolu 226(6) jeħtieġ ukoll ir-riferiment għan-“natura” tal-oġġetti kif ukoll ta’ servizzi. Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li ma jeżistix obbligu li f’fattura jsir riferiment għal tikketti ta’ widnejn fil-kuntest ta’ kunsinna ta’ annimali ( *10 ), li kien jippermetti identifikazzjoni inkontestabbli ta’ kull annimal ikkunsinnat permezz tal-kontenut li kien jinsab fil-fattura. |
27. |
Għalhekk għandu l-ewwel nett jiġi konkluż, li skont l-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT, il-kontenut tal-fatturi ma għandux jinkludi l-informazzjoni disponibbli kollha dwar oġġett ikkunsinnat jew is-servizz ipprovdut. Dan jirriżulta wkoll mill-formulazzjoni, li tirreferi biss għan-“natura” tal-oġġett jew tas-servizz, u fejn min-naħa l-oħra ma tirrikjedix deskrizzjoni preċiża tal-oġġett jew tas-servizz. |
28. |
Jekk għalhekk fattura ma għandhiex għalfejn tinkludi l-informazzjoni disponibbli kollha dwar is-servizzi pprovduti, madankollu tqum il-kwistjoni, dwar sa liema livell hija meħtieġa informazzjoni, sabiex in-“natura” ta’ servizz tkun suffiċjentement deskritta. Għalhekk, f’dak li jikkonċerna dan il-każ, ir-riferiment għas-servizzi legali kollha mogħtija jiddeskrivi diġà in-“natura” tas-servizzi inkwistjoni, jew għandha wkoll issir distinzjoni bejn in-natura differenti ta’ servizzi legali? |
29. |
La l-formulazzjoni u lanqas l-istruttura tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT ma jippermettu li tingħata risposta għal din id-domanda, li għalhekk għandha tiġi kkjarifikata fid-dawl ta’ dan il-kontenut tal-fattura. |
30. |
L-għan partikolari ta’ kontenut ta’ fattura min-naħa l-oħra huwa marbut flimkien mal-funzjoni li għandha tissodisfa fattura fis-sistema tal-VAT. Mill-premessa 46 tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li l-fatturazzjoni hija intiża sabiex tippermetti l-eżekuzzjoni tal-kontrolli mill-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri. Sabiex tali kontrolli jkunu possibbli, il-persuni taxxabbli għandhom, skont l-Artikolu 244 tad-Direttiva tal-VAT, jaħżnu l-fatturi kollha li huma jkunu rċevew kif ukoll kopji ta’ fatturi li huma stess ikunu ħarġu. |
31. |
Fil-kuntest tat-twettiq ta’ dan il-għan, kull dettall tal-fattura huwa direttament marbut mal-kwistjoni dwar x’jistgħu l-awtoritajiet fiskali jikkontrollaw abbażi ta’ fattura. |
i) Kontroll tal-ħlas tat-taxxa dovuta
32. |
L-ewwel nett il-fattura sservi sabiex tikkontrolla ħlas tat-taxxa permezz tal-persuna li toħroġ il-fattura. |
33. |
Dan jirriżulta mill-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT. Għalhekk il-benefiċjarju ta’ servizz jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu għal tnaqqis tat-taxxa jekk huwa jkollu fattura. Mill-ġurisprudenza jirriżulta li dan ir-rekwiżit għandu bħala għan li jiżgura l-ġbir tal-VAT u l-kontroll tiegħu mill-awtorità fiskali ( *11 ). Abbażi ta’ din ir-regola, it-tnaqqis tat-taxxa huwa awtorizzat biss jekk l-awtorità fiskali jkollha f’idejha dokument flimkien mal-fattura, li permezz tal-obbligu għal dettalji stipulat fl-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, jinkludi l-informazzjoni neċessarja, sabiex ikun jista’ jiġi ggarantit il-ħlas korrispondenti tal-VAT permezz tal-persuna li toħroġ il-fattura. Dan l-aċċess għall-persuna li toħroġ il-fattura huwa sostnut permezz tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT. Skont dan il-VAT imsemmija fil-fattura hija dovuta mill-persuna li toħroġ il-fattura, irrispettivament mill-kwistjoni jekk jeżistix fatt li wassal għal VAT u b’mod partikolari jekk servizz kienx effettivament ingħata ( *12 ). F’tali każ, l-awtorità fiskali għalhekk ma għandhiex bżonn ta’ prova korrispondenti. |
34. |
Il-fattura għalhekk tikkostitwixxi tip ta’ garanzija għall-awtorità fiskali, billi b’ċertu mod tgħaqqad it-tnaqqis tat-taxxa mal-ħlas tagħha ( *13 ). Fil-fatt il-fattura, li mingħajrha ma jistax jiġi eżerċitat tnaqqis tat-taxxa, tagħti tal-inqas lill-awtorità fiskali l-possibbiltà li tiżgura ruħha mill-ammont tat-tnaqqis tat-taxxa mingħand il-persuna li ħarġet il-fattura, li permezz tagħha hija tista’ tikkontrolla l-ħlas tat-taxxa korrispondenti. |
35. |
Madankollu għal din il-funzjoni ta’ garanzija huma biss neċessarji dettalji partikolari, b’mod partikolari l-isem sħiħ u l-indirizz sħiħ tal-persuna taxxabbli li lilha ġie ffatturat dan is-servizz [Artikolu 226(5) tad-Direttiva tal-VAT] kif ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT [Artikolu 226(3)]. Madankollu dettall tan-“natura” ta’ servizz fil-fattura ma huwiex meħtieġ, sabiex is-sempliċi ħlas tat-taxxa jkun jista’ jiġi kkontrollat permezz tal-persuna li ħarġet il-fattura. Fil-fatt kif rajna fl-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT dan huwa ammissibbli, peress li f’kull każ il-persuna li tkun ħarġet il-fattura tħallas it-taxxa indikata fil-fattura, li d-destinatarju tagħha jitlob it-tnaqqis tat-taxxa tagħha. F’dan il-każ, rabta tal-fattura ma’ servizz effettivament iffatturat ma hijiex neċessarja. |
36. |
Iċ-ċirkustanza li d-dettalji obbligatorji ta’ fattura fis-sens tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT jinkludu manifestament anki indikazzjoniijet, li ma humiex neċessarji għas-sempliċi ħlas tat-taxxa turi b’mod ċar li hawnhekk il-funzjoni tal-fattura ma tistax tkun waħda eżawrjenti. Dawn id-dettalji jinkludu mhux biss in-natura tal-oġġett ikkunsinnat, pereżempju s-servizzi pprovduti [Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT], iżda wkoll b’mod partikolari l-informazzjoni dwar id-data tas-servizz [Artikolu 226(7) tad-Direttiva tal-VAT], l-ammont taxxabbli [Artikolu 226(8) tad-tal-VAT], ir-rata ta’ VAT applikata [Artikolu 226(9) tad-Direttiva tal-VAT] u l-eventwali eżenzjoni applikabbli [Artikolu 226(11) tad-Direttiva tal-VAT]. |
37. |
Dawn u dettalji oħra għandhom il-kompitu – kif turi l-oriġini tad-dispożizzjoni ( *14 ) – li juru fil-fattura “l-informazzjoni dwar is-sistema ta’ VAT applikabbli”. |
38. |
Għalhekk l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri jistgħu permezz ta’ dawn id-dettalji addizzjonali jagħmlu possibbli dan il-kontroll, jekk il-persuna li tkun ħarġet il-fattura tkun ukoll ikkalkolat korrettament it-taxxa għas-servizzi tagħha. Fil-fatt permezz ta’ dawn id-dettalji l-awtoritaijiet fiskali tal-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw, jekk il-persuna li tkun ħarġet il-fattura tkunx stabbilixxiet il-post tas-servizz (Artikolu 31 et seq tad-Direttiva tal-VAT), l-ammont taxxabbli (Artikolu 72 et seq tad-Direttiva tal-VAT) u r-rata ta’ taxxa (Artikolu 192 et seq tad-Direttiva tal-VAT) konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli, jekk ikun jista’ jiġi applikat id-dritt għal eżenzjoni tat-taxxa (Artikolu 131 et seq tad-Direttiva tal-VAT) jew jekk huwiex korrett li huwa l-benefiċjarju tas-servizz li għandu jħallas it-taxxa (Artikolu 192 et seq tad-Direttiva tal-VAT). |
39. |
Għal dan il-kontroll hija meħtieġa wkoll deskrizzjoni fil-fattura tas-servizz ipprovdut. Fil-fatt, it-taxxa korretta tiddependi f’diversi aspetti mill-kontenut tas-servizzi pprovduti, peress li r-regoli speċjali dwar il-post tal-provvista tas-servizz, tar-rata ta’ taxxa u sabiex ikun hemm eżenzjoni mit-taxxa ta’ spiss jiddependu mill-kontenut ta’ servizz. In-“natura” ta’ servizz għalhekk għandha tkun suffiċjentement deskritta f’fattura, sabiex l-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni tar-rata ta’ taxxa korretta tkun xierqa għall-eżenzjoni mit-taxxa jew għall-applikazzjoni ta’ iktar regoli speċjali ( *15 ). |
40. |
Skont dawn il-kriterji, l-indikazzjoni magħżula f’dan il-każ “servizzi legali” tidher suffiċjenti, sabiex ikun jista’ jiġi kkontrollat kalkolu korrett tat-taxxa. Għalhekk fil-fehma tiegħi ma teżisti ebda regola fil-qasam tal-VAT tal-Unjoni li tagħmel id-determinazzjoni tat-taxxa dovuta dipendenti fuq in-natura ta’ servizz legali ( *16 ). |
41. |
Madankollu r-Repubblika Portugiża esponiet, li deskrizzjoni ddettaljata tan-natura tas-servizzi legali f’dan il-każ kienet għaldaqstant neċessarja, peress li d-dritt Portugiż – b’mod differenti mid-Direttiva tal-VAT, iżda li huwa kopert mill-klawżola ta’ preċedenza tal-Artikolu 113 tad-Direttiva tal-VAT – jipprevedi rata ta’ taxxa mnaqqsa għal ċerti servizzi legali. Għalhekk id-deskrizzjoni ġenerali “servizzi legali” ma turix b’mod ċar, jekk fir-rigward ta’ servizzi tiġix applikata rata normali jew rata mnaqqsa ta’ taxxa. |
42. |
Jekk dawn l-elementi li jikkonċernaw id-dritt nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali huma korretti – ħaġa li hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika –, isegwi li, f’dan il-każ, in-natura tal-provvista ta’ servizzi ma kinitx suffiċjentement deskritta, sabiex ikun possibbli kontroll tal-kalkolu korrett tat-taxxa. |
43. |
Din il-konklużjoni tabilħaqq tinsab f’relazzjoni ta’ tensjoni mal-għan segwit mill-Kunsill fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet relatati mad-dettalji li għandhom obbligatorjament jidhru f’fattura, jiġifieri “jitfassal elenku […] tad-dettalji li għandhom [obbligatorjament] jidhru fuq il-fatturi”“biex ikun żgurat li s-suq intern jiffunzjona sewwa” ( *17 ). Fil-fatt kontenut iddettaljat differenti huwa meħtieġ mill-persuna li tipprovdi s-servizzi legali f’dak li jikkonċerna n-natura tal-provvista tas-servizzi, skont jekk il-post tas-servizz jinsabx fil-Portugall jew fi Stat Membru ieħor. |
44. |
Madankollu, wara kollox din hija biss il-konsegwenza tal-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet differenti fl-Istati Membri dwar ir-rata ta’ VAT imnaqqsa. Dan ma jikkonċernax biss il-każ hekk kif espost mir-Repubblika Portugiża rigward l-applikazzjoni ta’ klawżola ta’ preċedenza fil-qasam ta’ rata mnaqqsa, skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva tal-VAT. L-implementazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni għal rata ta’ taxxa mnaqqsa, skont l-Artikolu 98 u l-Anness III tad-Direttiva tal-VAT, hija fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru. Reżistenza possibbli fis-suq intern fir-rigward tal-fatturi għalhekk ma tirriżultax minn rekwiżiti għal kontenut ta’ fattura, iżda minn assenza ta’ armonizzazzjoni fil-qasam ta’ rati ta’ taxxa mnaqqsa. |
45. |
Sa fejn il-qorti tar-rinviju tistabbilixxi li, fil-kawża prinċipali, id-dritt Portugiż jipprevedi rata ta’ taxxa mnaqqsa għal ċerti servizzi legali, il-formula ġenerali “servizzi legali pprovduti” f’fattura ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT f’dak li jikkonċerna r-riferiment għan-“natura” ta’ servizz. |
ii) Il-kontroll tad-dritt għal tnaqqis ta’ taxxa
46. |
Barra minn hekk, il-fattura u l-kontenut tagħha mhux biss iservu għall-kontroll tal-ħlas tat-taxxa dovuta mill-persuna li toħroġ il-fattura. Kif jirriżulta wkoll mill-oriġini tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, il-fattura hija intiża wkoll sabiex “tiġġustifika” d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tad-destinatarju tagħha ( *18 ). |
47. |
Id-destinatarju ta’ fattura wkoll ikun jista’ jiġi kkontrollat mill-awtorità fiskali f’dak li jikkonċerna d-dritt għal tnaqqis tiegħu, permezz tal-kontenut li jinsab fil-fattura. Il-kwistjoni tqum għalhekk jekk din il-funzjoni ta’ kontroll ma timplikax rekwiżiti iktar estensivi fil-qasam ta’ preċiżjoni tad-deskrizzjoni ta’ provvista ta’ servizz f’fattura. |
48. |
Il-kontroll tad-dritt għal tnaqqis jibda bil-kontroll taż-żamma ta’ fattura, li jġib miegħu ċerta garanzija rigward il-fatt li s-servizz iffatturat ġie effettivament eżegwit ( *19 ), ħaġa li tikkostitwixxi kundizzjoni tal-eżistenza tad-dritt għal tnaqqis ( *20 ). Fil-fatt, kif jiena diġà esponejt ( *21 ), il-persuna li toħroġ il-fattura hija responsabbli għall-ħlas tal-VAT imsemmija fil-fattura, skont l-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT, li jikkostitwixxi ostakolu ċert għall-ħruġ ta’ fattura li tirrigwarda servizz li ma jkunx ġie eżegwit. Madankollu, ir-riferment għan-natura tal-provvista ta’ servizzi huwa wkoll superfluwu għal din il-funzjoni ta’ kontroll tal-fattura kif ukoll għall-kontroll tas-sempliċi ħlas tat-taxxa. Fil-fatt, l-ostakolu għall-ħruġ ta fattura li tirrigwarda prestazzjonijiet fittizji jinsab fl-obbligu fiskali previst mill-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT li, kif diġà rajna, ma jiddependix mid-deskrizzjoni tas-servizz ( *22 ). |
49. |
Barra minn hekk, il-kontroll li jservi sabiex jiġi stabbilit jekk il-persuna li ħarġet il-fattura tkunx indikat korrettament it-taxxa, kif kien diġà ġie espost bħala għan ta’ fattura ( *23 ), iservi fl-istess waqt sabiex tiġi vverifikata n-natura korretta tat-tnaqqis tat-taxxa korrispondenti. Madankollu, minnu ma jirriżultawx rekwiżiti iktar estensivi minn dawk diġà spjegati fir-rigward tar-riferiment tan-natura tal-provvista tas-servizzi. |
50. |
Madankollu, tali rekwiżiti iktar stretti jistgħu jirriżultaw jekk il-kontenut tal-fattura għandu jippermetti li tiġi kkontrollata kundizzjoni oħra tat-tnaqqis, jiġifieri l-użu reali jew intiż ( *24 ) tas-servizzi rċevuti għal tranżazzjonijiet intaxxati, kif meħtieġ mill-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT. |
51. |
F’dan ir-rigward, f’din il-kawża, ir-Repubblika Portugiża kif ukoll, essenzjalment, il-Kummissjoni sostnew il-fehma li, id-deskrizzjoni tas-servizz f’fattura għandha tkun iddettaljata tant li tippermetti li jkun possibbli kontroll, dwar jekk is-servizz huwiex intiż għal attività ekonomika tad-destinatarju tal-fattura, li minnha tista’ tirriżulta tranżazzjoni taxxabbli, li jagħti dritt għal tnaqqis ta’ taxxa. |
52. |
Jiena ma naqbilx ma’ din il-pożizzjoni. |
53. |
L-ewwel nett, ma huwiex possibbli li provvista ta’ servizz f’fattura jiġi deskritt b’mod daqshekk iddettaljat, li n-natura privata jew ekonomika tiegħu diġà tirriżulta mid-deskrizzjoni tas-servizz biss. Jekk pereżempju qed jiġi kkunsidrat lapes, deskrizzjoni l-iktar dettaljata possibbli tal-produttur, tat-tip u tal-kwalitajiet u tal-istat tal-lapes ma tippermettix li wieħed isir jaf jekk dan effettivament intużax fil-kuntest ta’ attività privata jew ekonomika. Id-dritt għal tnaqqis ta’ taxxa ma jistax jiġi kkontrollat abbażi tal-fattura, peress li bħala prinċipju, kull suġġett ta’ servizz jista’ jkun intiż għal użu privat jew ekonomiku. Dan japplika wkoll għal servizzi privati apparentement evidenti, bħal biljetti taċ-ċinema, li madankollu f’każijiet partikolari jistgħu jservu għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi partikolari. |
54. |
F’dan il-każ ukoll, ma nistax nifhem kif deskrizzjoni ddettaljata iżda – fil-kuntest ta’ fattura – raġonevolment suċċinta tas-“servizzi legali pprovduti” tista’ tagħti risposta ċara għad-domanda jekk dawn is-servizzi jintużawx għall-finijiet tal-attività ekonomika tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Anki d-deskrizzjonijiet alternattivi proposti mir-Repubblika Portugiża, bħal “rappreżentanza fil-proċeduri legali X quddiem il-qorti Y” ma jissodisfawx ir-rekwiżit dwar il-possibbiltà li jitwettaq tali kontroll. Fil-fatt, sabiex jiġi evalwat id-dritt għal tnaqqis, għandu jiġi ddeterminat is-suġġett tal-proċeduri legali X. |
55. |
Għalhekk, id-dubji eżistenti fir-rigward tal-użu ta’ servizz għall-finijiet ta’ attività ekonomika tad-desinatarju tiegħu fil-kuntest ta’ kontroll wara kollox ma jistgħux jiġu totalment skartati ħlief permezz tal-produzzjoni ta’ provi addizzjonali. |
56. |
Tabilħaqq ikun ġeneralment fl-interess proprju tad-destinatarju tal-fattura li jitlob lill-persuna li toħroġ il-fattura li tiddeskrivi s-servizz bl-iktar mod iddettaljat possibbli, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni ta’ provi addizzjonali f’każ ta’ kontroll mill-awtorità fiskali. Din l-inċentiva sabiex issir deskrizzjoni iktar iddettaljata tal-provvista ta’ servizz madankollu teżisti mingħajr ma rekwiżiti mhux stabbiliti fil-qasam ta’ preċiżjoni tad-deskrizzjoni tal-provvista ta’ servizz – bħal pereżempju “skont ċirkustanzi tal-każ ineżami” – diġà jkunu legalment jostakolaw l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis. Dan huwa proprju minħabba li l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT jiddependi prinċipalment miż-żamma ta’ fattura li tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva li r-rekwiżiti relatati mal-kontenut ta’ fattura ma għandhomx ikunu esaġerati u għandhom josservaw il-prinċipju ta’ ċertezza legali ( *25 ). |
57. |
Konsegwentement, mill-perspettiva tal-kontroll tad-dritt tad-destinatajru tal-fattura sabiex inaqqas il-VAT, ebda rekwiżit addizzjonali f’dak li jikkonċerna l-kontenut tal-fattura dwar in-natura ta’ provvista ta’ servizzi ma ġie identifikat. |
iii) Konklużjoni intermedja
58. |
Għalhekk, bħala konklużjoni, f’dan il-każ id-deskrizzjoni tal-provvista tas-servizzi fil-fatturi ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 226(6) dwar ir-riferiment għan-“natura” ta’ servizz jekk il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li fil-kawża prinċipali l-leġiżlazzjoni Portugiża pprevediet rata ta’ taxxa mnaqqsa unikament għal ċerti servizzi legali. |
b) Dwar il-portata tal-provvista ta’ servizz
59. |
Mill-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li, minbarra n-“natura” ta’ provvista ta’ servizz, il-fattura għandha tinkludi wkoll il-“limitu” [portata] tagħha. Għalhekk tqum il-kwistjoni, li hija dwar jekk id-dettalji “servizzi legali pprovduti minn data speċifika sa llum” jew sempliċement “servizzi legali pprovduti sa llum” jiddeskrivux suffiċjentement il-portata tal-provvista ta’ servizzi legali. |
60. |
Il-portata ta’ provvista ta’ servizz tikkorrispondi mal-“kwantità” tiegħu, li flimkien man-“natura” tiegħu għandha tiġi inkluża f’fattura fir-rigward ta’ kunsinna ta’ oġġetti, skont l-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT. Il-fattura għalhekk ikollha informazzjoni dwar kemm servizz ikun ġie pprovdut. |
61. |
Madankollu tali kontenut huwa nieqes f’dan il-każ. |
62. |
Il-kontenut tal-portata tal-provvista tas-servizzi lanqas ma ġie ssostitwit permezz tal-informazzjoni dwar il-perijodu li fih ġew ipprovduti s-servizzi. Dan għaliex ma huwiex rikonoxxut kemm sar provvista ta’ servizzi fil-perijodu inkwistjoni. |
63. |
Kontenut separat tal-portata ta’ provvista ta’ servizzi jista’ l-iktar ikun superfluwu meta d-deskrizzjoni tan-natura tiegħu turi biżżejjed il-portata tiegħu – li huwa l-każ, fil-kawża prinċipali, tal-kontenut “rappreżentanza fil-proċeduri legali X quddiem il-qorti Y”. Dan madankollu ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, id-deskrizzjoni tan-natura tal-provvista ta’ servizzi hija tant ġenerali (“servizzi legali”) li ma turix il-portata tagħhom. |
64. |
F’dan ir-rigward, għalhekk il-kontenut imsemmi fil-fattura f’dan il-każ ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT, sa fejn dan ma jindikax il-portata tal-provvista ta’ servizzi li saru. |
2. Id-data tal-provvista ta’ servizzi
65. |
Minbarra dan għandu jiġi eżaminat jekk, fil-fatturi, il-kontenut tal-fattura “servizzi legali pprovduti minn data speċifika sa llum” jew sempliċement “servizzi legali pprovduti sa llum” huwiex konformi mal-Artikolu 226(7) tad-Direttiva tal-VAT, li skont dan il-fattura għandha tinkludi “d-data li fiha l-provvista ta’ […] servizzi kienet saret jew tlestiet”. |
66. |
Il-fatturi inkwistjoni jinkludu biss dettalji dwar il-perijodu jew id-data finali għal sensiela ta’ provvista ta’ servizzi legali, iżda mhux id-dati differenti li fihom il-provvista ta’ servizz differenti kien ġie pprovdut. Madankollu minn indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju ma jirriżultax li l-għan tal-provvista ta’ servizz kien sempliċement disponibbiltà, matul ċertu perijodu, għal ċerti servizzi ġenerali ta’ konsulenza ( *26 ); minflok għandu jitqies li kellhom jiġu ffatturati provvisti ta’ servizzi konkreti differenti. |
67. |
Ċertament, l-Artikolu 223 tad-Direttiva tal-VAT jawtorizza fattura perjodika għal provvista ta’ servizzi differenti kkunsidrati separatament. Dan madankollu ma jagħtix risposta għall-kwistjoni dwar jekk din il-fattura perjodika għandhiex issemmi d-data ta’ kull provvista ta’ servizz jew jekk l-indikazzjoni tal-perijodu li matulu provvista ta’ servizzi differenti kien sar hijiex suffiċjenti. |
68. |
Mill-ġdid irrid indur lejn l-għan ta’ dan il-kontenut tal-fattura. Kif diġà indikajt, il-fattura b’mod partikolari sservi sabiex tikkontrolla l-ħlas tat-taxxa dovuta mill-persuna li toħroġ il-fattura ( *27 ). Għal dan il-għan, id-data tal-provvista tas-servizzi hija neċessarja. Fil-fatt, din id-data – u mhux pereżempju, dik tal-ħruġ tal-fattura – bħala prinċipju tiddetermina, skont l-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-VAT, meta jseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas tat-taxxa fis-sens tal-Artikolu 62(1) ta’ din id-direttiva u għalhekk liema dispożizzjonijiet fiskali għandhom mill-perspettiva temporali, jiġu applikati għad-dħul mill-bejgħ inkwistjoni. |
69. |
L-Artikolu 64(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi sistema partikolari għall-provvista ta’ servizzi li “[jwassal] għal dikjarazzjonijiet suċċessivi ta’ kont”, li jidher li huwa l-każ hawnhekk. F’din is-sitwazzjoni, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas tat-taxxa jseħħ mhux fid-data tal-provvista ta’ kull servizz, iżda fl-iskadenza tal-perijodu li hemm riferiment għalih fid-dikjarazzjonijiet ta’ kont. Konsegwentement, fil-każ ineżami, sabiex jiġi kkontrollat il-ħlas korrett tat-taxxa dovuta, ma huwiex neċessarju li tiġi indikata d-data tal-provvista tas-servizzi kollha li ġew ipprovduti, iżda unikament perijodu. |
70. |
F’dan il-każ, dan ifisser li l-kontenut “servizzi legali pprovduti minn data speċifika sa llum” jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 226(7) tad-Direttiva tal-VAT u li, min-naħa l-oħra, il-kontenut “servizzi legali pprovduti sa llum” li ma jinkludix data ta’ bidu tal-perijodu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ kont, ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti. |
3. Konklużjoni
71. |
Bħala konklużjoni, il-fatturi inkwistjoni f’dan il-każ l-ewwel nett ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 226(6) tad-Direttiva tal-VAT f’dak li jikkonċerna l-indikazzjoni ta’ “portata” ta’ provvista ta’ servizzi. It-tieni nett, huwa sa fejn id-dritt Portugiż jipprevedi rata ta’ VAT imnaqqsa biss għal ċerti servizzi legali li dawn ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni f’dak li jikkonċerna l-indikazzjoni tan-“natura” tal-provvista ta’ servizzi. It-tielet nett, huma ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 226(7) tad-Direttiva tal-VAT f’dak li jikkonċerna l-indikazzjoni tad-“data” ta’ provvista ta’ servizzi sa fejn il-fatturi ma jinkludux indikazzjoni li tikkonċerna l-bidu tal-perijodu ta’ dikjarazzjoni ta’ kont inkwistjoni. |
B – Dwar id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa
72. |
It-tieni nett għandu issa jiġi kkarjifikat, liema effett jista’ jkollha ċ-ċirkustanza li l-fattura ma tinkludix il-kontenut mitlub kollu skont l-Artikolu 226(6) u (7) tad-Direttiva tal-VAT, dwar l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa mid-destinatarju tal-fattura. |
73. |
B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk ikunx suffiċjenti, għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis ta’ taxxa, li d-destinatarju tal-fattura, li jitlob it-tnaqqis tat-taxxa, iżid dettalji oħra li kienu nieqsa mill-fattura permezz ta’ dokumenti oħra. Fil-fatt, skont id-dritt Portugiż, l-awtorità fiskali għandha l-possibbiltà li titlob mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, li tkun sostniet id-dritt għal tnaqqis ta’ taxxa informazzjoni komplementari. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet ressqet din l-informazzjoni komplementari lill-awtorità Portugiża. |
74. |
Nifhem l-espożizzjoni tal-fatti tal-kawża prinċipali fis-sens li, f’dan il-każ, ir-rekwiżiti materjali eżistenti kollha għad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa huma ssodisfatti skont l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT. Hija biss il-fattura li ma tosservax ir-rekwiżiti legali. Għalhekk għandu jiġi eżaminat jekk hija biss iċ-ċirkustanza li l-fattura ma tinkludix id-dettalji neċessarji kollha skont l-Artikolu 226(6) u (7) tad-Direttiva tal-VAT li tipprekludi l-applikazzjoni tad-dritt għal tnaqqis. |
1. Rekwiżit tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa
75. |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi interpretat l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, li jirregola l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa. Skont din id-dispożizzjoni, il-persuna taxxabbli tista’ teżerċita d-dritt eżistenti tagħha għal tnaqqis ta’ taxxa skont l-Artikolu 168(a), billi “għandha jkollha fattura imħejjija skond l-Artikoli 220 sa 236”. |
76. |
Il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni legali hija tassew ċara. Jekk il-persuna taxxabbli ma jkollhiex fattura konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, hija xorta jkollha dritt għal tnaqqis tat-taxxa skont l-Artikolu 168(a). Skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, hija madankollu ma tistax teżerċita dan id-dritt, jekk hija jkollha fattura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT. |
77. |
Din il-ħtieġa stretta għal fattura debita għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa kienet sostnuta b’mod sistematiku permezz tal-Artikolu 181 tad-Direttiva tal-VAT, li jikkonċerna d-dritt għal tnaqqis ta’ taxxa fuq akkwisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti bi ħlas. Sabiex it-tnaqqis ta’ taxxa jkun jista’ jiġi eżerċitat, il-persuna taxxabbli, skont l-Artikolu 178(ċ), ukoll, “għandha jkollha fattura mfassla skond l-Artikoli 220 sa 236”. Skont l-Artikolu 181 tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta’ persuni taxxabbli, li skont l-Artikoli 220 sa 236 ma jkunux ħarġu fattura, madankollu jipproċedu għal tnaqqis ta’ taxxa. Min-naħa l-oħra, tali dispożizzjoni ma teżistix f’dak li jikkonċerna t-tnaqqis f’każ bħal dak ineżami, li fih il-provvista ta’ servizzi jsir bi ħlas. A contrario għandu jiġi dedott li d-dritt tal-Unjoni jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jagħtu d-dritt għal tnaqqis fil-każ imsemmi fl-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT jekk il-persuna taxxabbli ma jkollhiex fattura debita fis-sens tal-Artikolu 226 ta’ din l-istess direttiva. |
78. |
Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja wkoll tikkonferma, b’mod definittiv, in-natura imperattiva ta’ fattura debita għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis ta’ taxxa fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi bi ħlas. |
79. |
L-ewwel nett għandha ssir distinzjoni bejn fattura ppreżentata li għandha nuqqasijiet u l-ksur ta’ obbligi formali sussegwenti, li skont il-ġurisprudenza ma għandhomx influwenza fuq id-dritt għal tnaqqis, bħal pereżempju n-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tal-persuna li tipprovdi s-servizzi ( *28 ) jew id-destinatarja tas-servizzi ( *29 ) għat-taxxa fuq il-valur miżjud jew ukoll in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi relatati ma’ kontabbiltà ( *30 ). Fil-fatt, fil-każ ta’ tali obbligi formali, ma teżistix dispożizzjoni bħall-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT li tirrikjedi ż-żamma ta’ fattura debita għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis. |
80. |
Fir-rigward tal-obbligu formali, li jikkonċerna fatturi, teżisti għalhekk sitwazzjoni legali partikolari. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja f’ġurisprudenza stabbilita sostniet ukoll li d-dritt għal tnaqqis ta’ taxxa huwa dipendenti fuq il-preżenza, fil-fattura, ta’ dettalji previsti fl-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT ( *31 ). L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu dawn l-istipulazzjonijiet fuq il-kontenut ta’ fattura dipendenti fuq rekwiżiti oħra, li ma humiex previsti fid-Direttiva tal-VAT ( *32 ). |
81. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament iddeċidiet f’diversi sentenzi, f’dak li jikkonċerna t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt il-mekkaniżmu ta’ proċedura Reverse-Charge, li t-tnaqqis tat-taxxa jseħħ jekk ir-rekwiżiti materjali huma ssodisfatti, anki jekk il-persuni taxxabbli jonqsu milli jsegwu ċerti rekwiżiti formali ( *33 ), u, f’dan ir-rigward, hija għalhekk ikkunsidrat parzjalment il-kontenut tal-fattura sempliċement bħala rekwiżiti formali mhux rilevanti ( *34 ). |
82. |
Madankollu f’dan il-każ, din il-ġurisprudenza ma hijiex trasponibbli. Minn naħa hija ppreżentata l-proċedura Reverse-Charge bħala proċedura speċjali, li permezz tagħha d-destinatarju tal-provvista tas-servizzi huwa kemm persuna taxxabbli kif ukoll jista’ jeżerċita dritt għal tnaqqis ta’ taxxa. Meta madankollu persuna jkollha tħallas it-taxxa u fl-istess waqt ikollha dritt għal tnaqqis ta’ taxxa, fattura ma tistax tissodisfa funzjonijiet paragunabbli għal dawk deskritti fil-kuntest ta’ din il-kawża ( *35 ). Fost oħrajn, fil-kawżi fl-oriġini ta’ din il-ġurisprudenza, l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis skont id-dritt tal-Unjoni kien jiddependi biss mill-osservanza ta’ “formalitajiet kif stabbiliti minn kull Stat Membru” ( *36 ). F’dawn il-kawżi dwar il-proċedura ta’ Reverse-Charge, id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT ġustament ma kienx jipprevedi li ż-żamma ta’ fattura debita kienet tikkundizzjona l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis. |
83. |
Il-fatt li, fil-każ tas-sentenza Polski Trawertyn, il-Qorti tal-Ġustizzja wkoll applikat din il-ġurisprudenza, li tikkonċerna unikament il-każ speċjali tal-proċedura Reverse-Charge, għall-Artikolu 178 tad-Direttiva tal-VAT li huwa applikabbli f’din il-kawża ( *37 ), huwa irrilevanti hawnhekk. |
84. |
Fil-fatt, huwa manifest li f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet stabbilixxiet biss li, f’każ ta’ suċċessjoni legali, ir-riferiment għall-predeċessur fid-dritt fil-fattura ma jistax jostakola d-dritt għal tnaqqis tas-suċċesur fid-dritt ( *38 ). F’din il-kawża, kontenut tal-fattura ċert u eżistenti, iżda żbaljat, ma kellux effett sabiex jiġi kkontestat l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT. |
85. |
Fil-fatt huwa ċar li f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja mhux tittratta kontenut żbaljat iżda nuqqas assolut ta’ kontenut neċessarju f’fattura. Il-fatt li l-kontenut mitlub mill-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT ma huwiex preżenti, jew ma huwiex suffiċjentement preżenti fil-fattura mitluba huwa ħaġa u l-fatt li l-kontenut huwa preżenti, iżda żbaljat, huwa ħaġa oħra ( *39 ). Fl-ewwel każ, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 178(a) flimkien mal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT għadhom mhux issodisfatti mill-perspettiva formali. |
86. |
Minbarra dan, huwa biss qari restrittiv tas-sentenza Polski Trawertyn li jippermetti li tiġi evitata kontradizzjoni għall-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja esposta iktar ’il fuq, li, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, teħtieġ iż-żamma ta’ fattura konformement mal-kriterji tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT ( *40 ). |
87. |
Konsegwentement, f’dan il-każ, skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, il-fatt li l-fatturi ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 226(6) u (7) ta’ din id-direttiva, bħala prinċipju ma jipprekludix l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis. Sabiex tkun tista’ teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis ta’ taxxa, il-persuna taxxabbli għandha għalhekk f’każ bħal dan titlob fattura korretta mingħand il-persuna li ħarġitha ( *41 ). |
2. Il-provvista ta’ informazzjoni komplementari
88. |
Indipendentement minn dan tqum il-kwistjoni, jekk fil-kuntest ta’ kontroll fiskali, il-produzzjoni ta’ informazzjoni komplementari tistax tissostitwixxi kontenut li jkun nieqes. |
a) Fattura komposta minn diversi dokumenti
89. |
F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett jiġi indikat li d-dokumenti komplementari stess jistgħu jsiru parti integrali mill-fattura fis-sens tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT. |
90. |
Fil-fatt ma jirriżultax mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT li fattura għandha tkun ikkostitwita minn dokument wieħed. Skont id-definizzjoni legali tal-Artikolu 218 tad-Direttiva tal-VAT, “dokumenti jew messaġġi [kollha] fuq karta jew f’forma elettronika” jistgħu jikkostitwixxu fattura, sa fejn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kapitolu 3, dwar il-“fatturazzjoni”. Għalhekk ma huwiex eskluż li fattura tkun ikkostitwita minn diversi dokumenti. |
91. |
Madankollu, fil-każ fejn fattura hija kkostitwita minn diversi dokumenti, għandha teżisti rabta sostanzjali suffiċjenti bejn dokument u ieħor. Dan jirriżulta mill-applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 219 tad-Direttiva tal-VAT. Skont din id-dispożizzjoni, għandu jitqies li huwa fattura “[k]walunkwe dokument jew messaġġ li jemenda u jirreferi speċifikament u mingħajr ambigwità għall-fattura inizzjali”. Jekk il-kontenut ta’ fattura jirriżulta għalhekk minn diversi dokumenti, wieħed minnhom tal-inqas għandu jinkludi riferiment suffiċjenti għall-oħrajn. Jekk ma jkunx il-każ, il-kontenut ta’ fattura ma jirriżultax mill-fattura stess, iżda unikament minn affermazzjonijiet tal-persuna taxxabbli, li ssostni li teżisti rabta bejn żewġ dokumenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dokumenti ma jistgħux jissodisfaw il-funzjonijiet ta’ kontroll tal-fattura ( *42 ), kif spjegajt iktar ’il fuq. |
92. |
Fir-rigward ta’ dawn il-kriterji, fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha, skont il-każ, tiddetermina jekk id-dokumenti prodotti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali matul kontroll fiskali għandhomx jiġu kkunsidrati, jekk huma jirriżultaw ukoll mill-persuna li ħarġet il-fattura, bħala parti mill-fattura inkwistjoni. |
b) Il-prinċipju ta’ proporzjonalità
93. |
Madankollu, sa fejn il-qorti tar-rinviju tikkonstata li d-dokumenti prodotti b’mod komplementari ma għandhomx jitqiesu li jagħmlu parti minn fattura fis-sens tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT, il-kwistjoni tista’ tqum dwar jekk il-kontenut tal-fatturi inkompleti inkwistjoni f’dan il-każ jistax madankollu jiġi kkompletat permezz ta’ informazzjoni oħra, sabiex dritt għal tnaqqis ta’ taxxa jkun jista’ jiġi eżerċitat. |
94. |
Diġà ġie kkonstatat li l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT bħala prinċipju ma jawtorizzax it-tnaqqis fl-assenza ta’ żamma ta’ fattura debita, b’mod li l-persuna taxxabbli li tixtieq issostni dritt għal tnaqqis għandha l-ewwel nett tikseb fattura rrettifikata mingħand il-persuna li toħroġ il-fattura ( *43 ). Madankollu, l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ proporzjonalità ( *44 ), li skontu, att tal-korpi tal-Unjoni ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan imfittex ( *45 ). |
95. |
Jekk, bħal f’każ bħal dan, ma hemmx dubju dwar il-preżenza tal-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fis-sens tal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT, minħabba l-provvista ta’ informazzjoni komplementari, il-kundizzjoni supplimentari intiża fl-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, għad għandha għalhekk issegwi għan partikolari u ma għandhiex iktar tirrappreżenta piż eċċessiv għall-persuna taxxabbli. |
96. |
Għandu l-ewwel nett jiġi kkonstatat li f’sitwazzjoni fejn ma hemmx dubju dwar il-preżenza tal-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa, il-funzjoni ta’ kontroll tal-fattura hija manifestament obsoleta sa fejn il-fattura hija intiża unikament sabiex tikkontrolla l-eżistenza tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa ( *46 ). F’dawn iċ-ċirkustanzi, ikun għalhekk sproporzjonat li jinħtieġ minn persuna taxxabbli li ssostni d-dritt għal tnaqqis tagħha li hija titlob rettifika mill-persuna li toħroġ il-fattura. |
97. |
Madankollu, bħalma diġà ġie osservat, il-fattura sservi wkoll sabiex tikkontrolla l-ħlas tat-taxxa dovuta mill-persuna li toħroġ il-fattura ( *47 ). F’dan il-każ, il-persuna li toħroġ il-fattura żżomm biss kopja ta’ fattura li ma hijiex konformi mal-kriterji tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT. F’dan ir-rigward, il-fattura u b’mod partikolari r-rettifika tagħha jkun għad fadlilhom funzjoni ta’ kontroll. Minn naħa, mill-fatt tat-talba għal rettifika fformulata mid-destinatarju tal-fattura, il-persuna li toħroġ din il-fattura hija obbligata li twettaq hija stess kontroll rigward il-kwistjoni jekk applikatx taxxa korretta għall-provvista tas-servizz iffatturat. Min-naħa l-oħra, permezz ta’ din ir-rettifika tal-fattura, l-awtoritajiet fiskali kompetenti għall-persuna li toħroġ il-fattura jiksbu l-aħjar bażi sabiex ikunu jistgħu jikkontrollaw li l-persuna li ħarġet il-fattura tkun intaxxat korrettament il-provvista ta’ servizz tagħha. |
98. |
Konsegwentement, fir-rigward ta’ din il-funzjoni ta’ kontroll tal-fattura għall-persuna li tkun ħarġitha, bħala prinċipju huwa proporzjonat, f’każ bħal dak ineżami, li l-persuna taxxabbli għandha tikseb mill-persuna li toħroġ il-fattura rettifika tal-fattura sabiex tkun tista’ ssostni d-dritt tagħha għal tnaqqis. L-istess jista’ japplika wkoll meta r-rekwiżit ta’ tali rettifika ma jwassalx għal bidla fil-kontenut tad-dritt għal tnaqqis. F’dan ir-rigward, evalwazzjoni oħra tista’, skont il-każ, tirriżulta neċessarja jekk, f’kawża parallela ( *48 ), il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li r-rettifika ta’ fattura tista’ wkoll – prima facie f’kontradizzjoni mal-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-VAT – sussegwentement twassal għal dritt għal tnaqqis ( *49 ). |
99. |
Indipendentement minn dan, eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ rettifika tal-fattura sabiex id-dritt għal tnaqqis ikun jista’ jiġi eżerċitat tista’ madankollu tirriżulta mill-fatt li r-rettifika tal-fattura ma tkunx tista’ tissodisfa l-funzjoni ta’ kontroll tagħha fir-rigward tal-persuna li ħarġet il-fattura. Dan għandu, b’mod partikolari, ikun il-każ meta l-kumpannija li tkun ħarġet il-fattura, li tkun mingħajr patrimonju, tkun diġà ġiet likwidata. F’dan il-każ, il-kontroll tal-ħlas tat-taxxa dovuta mill-persuna li ħarġet il-fattura huwa superfluwu ( *50 ). Li tibqa’ tintalab rettifika assurda jkun għalhekk sproporzjonat. |
100. |
Il-kunsiderazzjonijiet esposti mill-qorti tar-rinviju ma juru ebda element li huwa favur tali sitwazzjoni ta’ eċċezzjoni. Konsegwentement, ma jkunx sproporzjonat, f’dan il-każ, li jiġi mitlub mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali li hija tikseb rettifika tal-fatturi mill-persuna li ħarġithom sabiex dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT u li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tkun tista’ teżerċita d-dritt għal tnaqqis. |
3. Konklużjoni
101. |
Għandu għalhekk jiġi konkluż li, skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT, bħala prinċipju ma huwiex suffiċjenti, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, li d-destinatarju tal-fattura, li jkun jixtieq iwettaq it-tnaqqis, jikkompleta r-riferimenti neqsin fil-fattura billi jipproduċi informazzjoni oħra, jekk din tal-aħħar ma tirriżultax minn dokumenti li jagħmulu parti integrali mill-fattura. Sitwazzjoni differenti tkun dik fejn ir-rettifika tal-fattura ma tkunx tista’ tissodisfa iktar il-funzjoni ta’ kontroll tagħha għall-persuna li ħarġet il-fattura. |
VI – Konklużjoni
102. |
Fid-dawl ta’ dan kollu, id-domanda preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (tribunal ta’ arbitraġġ fil-qasam fiskali, il-Portugall) għandha tiġi risposta kif ġej:
|
( *1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.
( *2 ) ĠU L 347, p. 1.
( *3 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.
( *4 ) Din id-dispożizzjoni tikkorrispondi mal-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 28(f)(1), kif jirriżulta huwa stess mill-Artikolu 1(10) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, li temenda Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ġodda sempliċi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud - skop għal ċertu eżenzjonijiet u arranġamenti pratttiċi biex jimplimentawhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 274).
( *5 ) L‑Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT sadanittant ġie emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni (ĠU L 189, p. 1). Il-verżjoni oriġinali tagħha tikkorrispondi mal-Artikolu 18(1)(a) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 28(f)(2), li ġiet introdotta bl-Artikolu 1(22) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temeda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 160).
( *6 ) L-Artikolu 28h tas-Sitt Direttiva ġie introdott bl-Artikolu 1(22) tad-Direttiva 91/890 (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5).
( *7 ) L-Artikolu 28h tas-Sitt Direttiva ġie emendat bl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, li temenda d-Direttiva tal-KEE 77/388 bil-għan li tissimplifika, timmodernizza u tqabbel il-kondizzjonijiet stabbiliti biex tinħareġ il-fattura rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 352).
( *8 ) Skont is-sentenza Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punti 22 sa 34), it-Tribunal Arbitral Tributário huwa qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.
( *9 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Viessmann (C‑280/91, EU:C:1993:103, punt 17), Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve et (C‑225/13, EU:C:2014:245, punt 30), u Abcur (C‑544/13 u C‑545/13, EU:C:2015:481, punt 33).
( *10 ) Sentenza Evita-K (C‑78/12, EU:C:2013:486, punti 52 u 53).
( *11 ) Sentenza Terra Baubedarf-Handel (C‑152/02, EU:C:2004:268, punt 37).
( *12 ) Il-persuna li toħroġ il-fattura tista’ madankollu tevita dan l-obbligu fiskali permezz ta’ ċerti kundizzjonijiet; ara s-sentenza Schmeink & Cofreth u Strobel (C‑454/98, EU:C:2000:469).
( *13 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Stroy trans (C‑642/11, EU:C:2013:54, punti 31 u 32), u LVK – 56 (C‑643/11, EU:C:2013:55, punti 35 u 36).
( *14 ) Ara l-punt 1 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-KEE 77/388 bil-għan li tissimplifika, timmodernizza u tqabbel il-kondizzjonijiet stabbiliti biex tinħareġ il-fattura rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud (COM/2000/650 finali) li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2001/115 (ara iktar ’il fuq, punt 8), kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar din il-proposta, taħt 1.1.1 (ĠU 2001 C 193, p. 53).
( *15 ) Ara, minn issa, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Bockemühl (C‑90/02, EU:C:2003:585, punt 73).
( *16 ) Nikkunsidra li l-applikazzjoni tal-Artikolu 47 tad-Direttiva tal-VAT, li jipprevedi post ta’ provvista ta’ servizz different għall-“[p]rovvista ta’ servizzi li jikkonċernaw proprjetà immobbli”, hija mal-ewwel eskluża, peress li, fil-fehma tiegħi, anki s-servizzi legali relatati mal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli ma jaqgħux taħt din id-dispożizzjoni; ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża RR Donnelley Global Turnkey Solutions Poland (C‑155/12, EU:C:2013:57, punti 37 sa 40).
( *17 ) Ara l-premessa 4 tad-Direttiva 2001/115 (ara iktar ’il fuq, punt 8).
( *18 ) Ara r-referenzi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14.
( *19 ) F’dan is-sens ara, minn issa, is-sentenza Reisdorf (C‑85/95, EU:C:1996:466, punt 29).
( *20 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Genius (C‑342/87, EU:C:1989:635), u Fatorie (C‑424/12, EU:C:2014:50, punt 39).
( *21 ) Ara iktar ’il fuq, punt 33.
( *22 ) Ara iktar ’il fuq, punt 35.
( *23 ) Ara iktar ’il fuq, punti 37 sa 39.
( *24 ) Sentenza Gran Via Moineşti (C‑257/11, EU:C:2012:759, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( *25 ) Ara, fost oħrajn, is-sentenza Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei (C‑144/14, EU:C:2015:452, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( *26 ) Ara, f’dak li jikkonċerna każ bħal dan, is-sentenza Asparuhovo Lake Investment Company (C‑463/14, EU:C:2015:542).
( *27 ) Ara iktar ’il fuq, punti 37 u 38.
( *28 ) Sentenzi Dankowski (C‑438/09, EU:C:2010:818, punt 36), u PPUH Stehcemp (C‑277/14, EU:C:2015:719, punt 40).
( *29 ) Sentenzi Nidera Handelscompagnie (C‑385/09, EU:C:2010:627, punti 42 sa 51), u Salomie u Oltean (C‑183/14, EU:C:2015:454, punti 58 sa 61).
( *30 ) Sentenza Ecotrade (C‑95/07 u C‑96/07, EU:C:2008:267, punti 63 sa 72).
( *31 ) Sentenzi Tóth (C‑324/11, EU:C:2012:549, punt 32), Maks Pen (C‑18/13, EU:C:2014:69, punt 47), u PPUH Stehcemp (C‑277/14, EU:C:2015:719, punt 40). F’dak li jikkonċerna s-Sitt Direttiva, ara wkoll is-sentenza Petroma Transports et (C‑271/12, EU:C:2013:297, punti 25 sa 36).
( *32 ) Sentenzi Polski Trawertyn (C‑280/10, EU:C:2012:107, punt 42), u Evita-K (C‑78/12, EU:C:2013:486, punt 51).
( *33 ) Sentenzi Ecotrade (C‑95/07 u C‑96/07, EU:C:2008:267, punt 63), Nidera Handelscompagnie (C‑385/09, EU:C:2010:627, punt 42), EMS-Bulgaria Transport (C‑284/11, EU:C:2012:458, punt 71), u Fatorie (C‑424/12, EU:C:2014:50, punt 35). Ara, minn issa, is-sentenza Bockemühl (C‑90/02, EU:C:2004:206, punt 51).
( *34 ) Sentenzi Uszodaépítő (C‑392/09, EU:C:2010:569, punti 39 sa 46), u Idexx Laboratories Italia (C‑590/13, EU:C:2014:2429, punti 38 sa 42).
( *35 ) Ara iktar ’il fuq, punti 32 sa 57.
( *36 ) Skont l-Artikolu 18(1) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 178(f) tad-Direttiva tal-VAT.
( *37 ) Sentenza Polski Trawertyn (C‑280/10, EU:C:2012:107, punt 43).
( *38 ) Sentenza Polski Trawertyn (C‑280/10, EU:C:2012:107, punt 46), b’riferiment għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón f’din l-istess kawża (EU:C:2011:592, punt 72).
( *39 ) F’dak li jikkonċerna dan l-aħħar każ, ara wkoll, minn naħa, is-sentenza Maks Pen (C‑18/13, EU:C:2014:69, punti 31 u 32), u, min-naħa l-oħra, id-digriet Jagiełło (C‑33/13, EU:C:2014:184, punt 42).
( *40 ) Ara iktar ’il fuq, punt 80.
( *41 ) Sentenzi Pannon Gép Centrum (C‑368/09, EU:C:2010:441, punti 43 u 44), kif ukoll Petroma Transports et (C‑271/12, EU:C:2013:297, punt 34).
( *42 ) Ara iktar ’il fuq, punti 32 sa 57.
( *43 ) Ara iktar ’il fuq, punt 87.
( *44 ) Ara, f’dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ interpretazzjoni skont id-dritt primarju, is-sentenzi Sturgeon et (C‑402/07 u C‑432/07, EU:C:2009:716, punt 48), Chatzi (C‑149/10, EU:C:2010:534, punt 43), Orfey (C‑549/11, EU:C:2012:832, punt 32), u Il‑Kummissjoni vs Strack (C‑579/12 RX‑II, EU:C:2013:570, punt 40).
( *45 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Omega Air et (C‑27/00 u C‑122/00, EU:C:2002:161, punt 62), Afton Chemical (C‑517/07, EU:C:2008:751, punt 45), u Schaible (C‑101/12, EU:C:2013:661, punt 29).
( *46 ) Ara iktar ’il fuq, punti 46 sa 57.
( *47 ) Ara iktar ’il fuq, punti 32 sa 45.
( *48 ) Kawża Senatex (C‑518/14; ĠU 2015 C 34, p. 12).
( *49 ) Pereżempju abbażi tas-setgħat tal-Istati Membri skont l-Artikoli 180 u 182 tad-Direttiva tal-VAT.
( *50 ) Il-kunsiderazzjonijiet esposti fis-sentenza Fatorie (C‑424/12, EU:C:2014:50) ma jipprekludux dan, peress li l-effetti ta’ fattura mhux kompleti kienu tqiesu biss superfiċjalment, filwaqt li fir-realtà kienu tqiesu l-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis.