KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
WATHELET
ippreżentati fis-27 ta’ Jannar 2016 ( 1 )
Kawża C‑464/14
SECIL - Companhia Geral de Cal e Cimento SA
vs
Fazenda Pública
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Tributário de Lisboa (qorti fiskali ta’ Lisbona, il-Portugall)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni — Ftehim KE-Tuneżija — Ftehim KE-Libanu — Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet”
I – Introduzzjoni
|
1. |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 TFUE u 64 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 31, 34 u 89 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Lulju 1995 u approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar bid-Deċiżjoni 98/238/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 1998 ( 2 ) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim KE-Tuneżija”) u tal-Artikoli 31, 33 u 85 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta’ Ġunju 2002 u approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/356/KE, tal-14 ta’ Frar 2006 ( 3 ) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim KE-Libanu”). |
|
2. |
Meta mqabbla mal-kawżi preċedenti li għamlu domandi ta’ interpretazzjoni tal-ftehimiet Ewro-Mediterranji, din il-kawża tagħmel domandi dwar il-moviment liberu tal-kapital u konsegwentement tinvolvi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u ta’ dawk tal-imsemmija ftehimiet fl-istess ħin. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk, għall-ewwel darba, se jkollha tindirizza l-kwistjoni ta’ liema minn dawn id-dispożizzjonijiet għandhom eventwalment jieħdu prijorità ta’ applikazzjoni fuq l-oħrajn. |
II – Il-kuntest ġuridiku
A – Id-dritt tal-Unjoni
1. It-Trattat FUE
|
3. |
L-Artikolu 63(1) TFUE jiddisponi: “Fil-kwadru tad-dispożizzjonijiet indikati f’dan il-Kapitolu, kull restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi tkun projbita.” |
|
4. |
L-Artikolu 64(1) TFUE, li jintroduċi klawżola ta’ salvagwardja, jipprovdi: “Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 63 ma jippreġudikawx l-applikazzjoni għall-pajjiżi terzi ta’ xi restrizzjonijiet li jkunu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 1993 skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi ta’ l-Unjoni dwar il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett – inkluż ukoll investiment f’beni immobbli – l-istabbiliment, il-provvediment [provvista] ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fi swieq kapitali. […]” |
|
5. |
L-Artikolu 65(1) sa (3) TFUE jipprevedi: “1. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 63 m’għandhomx jippreġudikaw id-dritt ta’ l-Istati Membri:
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ta’ restrizzjoni fuq id-dritt ta’ stabbiliment li huma kompatibbli mat-Trattati. 3. Il-miżuri u l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta’ kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63.” |
2. Il-Ftehim KE-Tuneżija
|
6. |
L-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Tuneżija, li jinsab fit-Titolu III, intitolat “Dritt ta’ stabbiliment u servizzi” [traduzzjoni mhux uffiċjali], huwa fformulat kif ġej: “1. Il-partijiet jaqblu li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim b’mod li jinkludi d-dritt ta’ stabbiliment tal-kumpanniji ta’ parti waħda fit-territorju tal-parti l-oħra u l-liberalizzazzjoni tal-provvista ta’ servizzi mill-kumpanniji ta’ parti waħda lid-destinatarji ta’ servizzi f’parti oħra. 2. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni se jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għall-implementazzjoni tal-għan previst fil-paragrafu 1. Meta jagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni se jieħu inkunsiderazzjoni l-esperjenza miksuba mill-implementazzjoni tat-trattament reċiproku tan-nazzjon l-iktar iffavorit u l-obbligi rispettivi tal-partijiet skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi anness mal-Ftehim li jistabbilixxi [l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO)], iktar ’il quddiem imsejjaħ GATS, u b’mod partikolari dawk tal-Artikolu V tiegħu. 3. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni se jeżamina għall-ewwel darba jekk intlaħaqx dan l-għan mhux iktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
7. |
L-Artikolu 34 ta’ dan il-ftehim, li jinsab fil-Kapitolu I, intitolat “Ħlasijiet kurrenti u moviment tal-kapital”, tat-Titolu IV tiegħu, intitolat “Ħlasijiet, kapital, kompetizzjoni u dispożizzjonijiet ekonomiċi oħra” [traduzzjonijiet mhux uffiċjali], jipprevedi: “1. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fil-kont kapitali, [l-Unjoni] u t-Tuneżija għandhom jiżguraw, mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, il-moviment liberu tal-kapital li jikkonċerna l-investimenti diretti fit-Tuneżija, magħmula minn kumpanniji kkostitwiti skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll il-likwidazzjoni u r-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti u ta’ kull profitt li jirriżulta minnhom. 2. Il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital bejn [l-Unjoni] u t-Tuneżija u jilliberalizzawh għalkollox meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
8. |
L-Artikolu 89 tal-imsemmi ftehim, li jinsab fil-Kapitolu I tat-Titolu VIII tiegħu, intitolat “Dispożizzjonijiet istituzzjonali ġenerali u finali” [traduzzjoni mhux uffiċjali], jiddisponi: “L-ebda dispożizzjoni tal-ftehim ma għandu jkollha l-effett li:
|
3. Il-Ftehim KE-Libanu
|
9. |
L-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu, li jinsab fil-Kapitolu 1, intitolat “Ħlasijiet kurrenti u moviment tal-kapital”, tat-Titolu IV tiegħu, intitolat “Ħlasijiet, kapital, kompetizzjoni u dispożizzjonijiet ekonomiċi oħra” [traduzzjonijiet mhux uffiċjali], jiddisponi: “Fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim, u bla ħsara għall-Artikoli 33 u 34, bejn [l-Unjoni] minn naħa, u l-Libanu min-naħa l-oħra, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni għall-moviment tal-kapital u lanqas ma għandu jkun hemm kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew fuq il-post ta’ residenza taċ-ċittadini tagħhom jew fuq il-post fejn jiġi investit dan il-kapital.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
10. |
L-Artikolu 33, li jinsab fl-istess Kapitolu 1 ta’ dan il-ftehim, jipprevedi: “1. Bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-ftehim jew għal obbligi internazzjonali oħra tal-[Unjoni] u tal-Libanu, l-Artikoli 31 u 32 ma għandhomx jostakolaw l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet eżistenti bejniethom fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim fir-rigward tal-moviment tal-kapital bejniethom li jinvolvi investimenti diretti, bħall-investimenti fi proprjetà immobbli, l-istabbiliment, il-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fis-swieq tal-kapital. 2. Madankollu, it-trasferiment barra mill-pajjiż tal-investimenti magħmula fil-Libanu minn persuni li jirrisjedu [fl-Unjoni] jew magħmula [fl-Unjoni] minn persuni li jirrisjedu fil-Libanu, kif ukoll il-profitti li jirriżultaw minnhom, ma għandux ikun affettwat.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
11. |
L-Artikolu 85 tal-imsemmi ftehim, li jinsab fit-Titolu VIII, intitolat “Dispożizzjonijiet istituzzjonali, ġenerali u finali”, jiddisponi: “Fir-rigward tat-tassazzjoni diretta, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim ma għandu jkollha l-effett li:
|
B – Id-dritt internazzjonali pubbliku
|
12. |
Skont l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati, tat-23 ta’ Mejju 1969 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 1155, p. 331, iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Vjenna”), intitolat “Ambitu ta’ din il-konvenzjoni”, li tapplika għal trattati bejn Stati. |
|
13. |
L-Artikolu 30 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat “Applikazzjoni ta’ trattati suċċessivi li jirrigwardaw l-istess suġġett”, jiddisponi: “1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 103 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati partijiet fi trattati suċċessivi li jirrigwardaw l-istess suġġett huma ddeterminati skont il-paragrafi li ġejjin. […] 3. “Meta l-partijiet kollha fit-trattat preċedenti jkunu wkoll partijiet fit-trattat sussegwenti, mingħajr ma t-trattat preċedenti jkun intemm jew mingħajr ma tkun ġiet sospiża l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 59, it-trattat preċedenti japplika biss sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu kompatibbli ma’ dawk tat-trattat sussegwenti. 4. Meta l-partijiet fit-trattat preċedenti ma jkunux kollha partijiet fit-trattat sussegwenti:
|
C – Id-dritt Portugiż
|
14. |
Fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-2009, l-Artikolu 46 tal-kodiċi tat-taxxa fuq il-kumpanniji (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas, iktar ’il quddiem is-“CIRC”), intitolat “Ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma”, kien jiddisponi: “1. Id-dħul, inkluż fil-valur taxxabbli, li jikkorrispondi għal profitti mqassma għandu jitnaqqas mill-profitt taxxabbli tal-kumpanniji kummerċjali jew ċivili f’forma kummerċjali, tal-kooperattivi u tal-impriżi pubbliċi, li għandhom is-sede tagħhom jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju Portugiż, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
[…] 5. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll meta entità residenti fit-territorju Portugiż iżżomm, skont it-termini u l-kundizzjonijiet previsti fih, sehem mill-kapital azzjonarju ta’ entità residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, meta dawn l-entitajiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-[Direttiva 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147)]. 6. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw wkoll għad-dħul, inkluż fil-valur taxxabbli, li jikkorrispondi għal profitti mqassma imputabbli lil stabbiliment stabbli, li jinsab fit-territorju Portugiż, ta’ entità residenti ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li żżomm, skont it-termini u l-kundizzjonijiet previsti fihom, sehem mill-kapital azzjonarju ta’ entità residenti fi Stat Membru, meta dawn iż-żewġ entitajiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/435. […] 8. It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 għandu jkun biss ta’ 50 % tad-dħul, inkluż fil-profitt taxxabbli, li jikkorrispondi għal:
[…]” |
|
15. |
Fir-rigward tal-vantaġġi fiskali għall-investiment, li jirriżultaw minn kuntratt konkluż bejn l-Istat Portugiż u l-persuna taxxabbli, il-liġi dwar il-vantaġġi fiskali (Estatuto dos Benefícios Fiscais, iktar ’il quddiem l-“EBF”), fl-Artikolu 41(5)(b) tagħha, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-2009, kienet tipprevedi kif ġej: “5. Il-promoturi ta’ proġetti ta’ investiment […] jistgħu jingħataw il-vantaġġi fiskali li ġejjin: […]
|
|
16. |
Fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-2009, l-Artikolu 42 tal-EBF, intitolat “Ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma minn kumpanniji residenti fil-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża u fir-Repubblika Demokratika ta’ Timor Leste”, jiddisponi: “1. It-tnaqqis previst fl-Artikolu 46(1) [tas-CIRC] għandu japplika għall-profitti mqassma lil entitajiet residenti minn kumpanniji sussidjarji residenti fil-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża u f’Timor Leste, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
17. |
Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tat-Tuneżija għall-ħelsien mit-taxxa doppja fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul, konkluża f’Lisbona fl-24 ta’ Frar 1999 ( 4 ), tiddisponi fl-Artikolu 10 tagħha, intitolat “Dividendi” u li jinsab fil-Kapitolu III, intitolat “Tassazzjoni tad-dħul” [traduzzjonijiet mhux uffiċjali]: “1. Id-dividendi mħallsa minn kumpannija li hija residenti ta’ Stat kontraenti lil resident tal-Istat kontraenti l-ieħor huma taxxabbli f’dan l-Istat l-ieħor. 2. Madankollu, dawn id-dividendi jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat kontraenti fejn il-kumpannija li tħallas id-dividendi hija residenti, u skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat, iżda jekk il-persuna li tirċievi d-dividendi tkun il-benefiċjarju effettiv tagħhom, it-taxxa hekk imposta ma tistax tkun iżjed minn 15 % tal-ammont gross tad-dividendi. […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
18. |
L-Artikolu 25 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat “Skambju ta’ informazzjoni” u li jinsab fil-Kapitolu V, intitolat “Dispożizzjonijiet speċjali” [traduzzjonijiet mhux uffiċjali], jipprevedi: “1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni jew dawk tal-leġiżlazzjoni interna tal-Istati kontraenti dwar it-taxxi previsti mill-Konvenzjoni, sa fejn it-tassazzjoni li din tipprevedi ma tmurx kontra l-Konvenzjoni. L-iskambju ta’ informazzjoni ma huwiex ristrett mill-Artikolu 1. L-informazzjoni li jirċievi Stat kontraenti għandha tinżamm sigrieta bl-istess mod bħall-informazzjoni miksuba bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni interna ta’ dan l-Istat u għandha tiġi kkomunikata biss lill-persuni jew lill-awtoritajiet (inklużi l-qrati u l-korpi amministrattivi) ikkonċernati mill-istabbiliment jew mill-irkupru tat-taxxi previsti mill-Konvenzjoni, permezz tal-proċeduri jew tal-azzjonijiet li jikkonċernaw dawn it-taxxi, jew permezz tad-deċiżjonijiet dwar ir-rikorsi b’rabta ma’ dawn it-taxxi. Dawn il-persuni jew l-awtoritajiet għandhom jużaw din l-informazzjoni għal dawn il-finijiet biss. Dawn jistgħu jsemmu din l-informazzjoni matul seduti pubbliċi ta’ qrati jew f’sentenzi. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 fl-ebda każ ma jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq xi Stat kontraenti l-obbligu:
|
III – Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
19. |
SECIL – Companhia Geral de Cal e Cimento SA (iktar ’il quddiem “SECIL”) hija kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Portugiż li għandha s-sede tagħha f’Outão (il-Portugall). Fil-qasam fiskali, hija suġġetta hemmhekk għall-iskema speċjali ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ kumpanniji. |
|
20. |
Stabbilita fl-1930, SECIL tipproduċi s-siment. Fl-2009, hija kellha 98.72 % tal-kapital azzjonarju ta’ Société des Ciments de Gabés SA (iktar ’il quddiem “Ciments de Gabés”), li għandha s-sede tagħha f’Tuneż (it-Tuneżija), kif ukoll 51.05 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija Ciments de Sibline, S.A.L. (iktar ’il quddiem “Ciments de Sibline”), li għandha s-sede tagħha f’Bejrut (il-Libanu). |
|
21. |
Fl-2009, SECIL irċeviet, bħala dividendi, EUR 6288683.39 mingħand Ciments de Gabés u EUR 2022478.12 mingħand Ciments de Sibline. |
|
22. |
Wara li ġiet intaxxata kull waħda mis-sussidjarji tagħha, waħda fit-Tuneżija u l-oħra fil-Libanu, SECIL iddikjarat id-dividendi fil-Portugall, fejn ma kienu suġġetti għal ebda mekkaniżmu ta’ ħelsien jew ta’ tnaqqis mit-taxxa doppja ekonomika. |
|
23. |
SECIL kienet għalhekk obbligata tħallas lill-Fazenda pública (teżor pubbliku) ammont totali ta’ EUR 4587208.20 bħala taxxa fuq il-kumpanniji. |
|
24. |
Fid-29 ta’ Mejju 2012, SECIL ippreżentat appell amministrattiv quddiem id-direttur tal-finanzi ta’ Setúbal (Diretor de Finanças de Setúbal) għar-raġuni li t-taxxa imposta fuq id-dividendi rċevuti mingħand Ciments de Gabés u mingħand Ciments de Sibline kienet illegali sa fejn il-liġi Portugiża kienet tikser il-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu kif ukoll it-Trattat FUE billi eskludiet l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika. |
|
25. |
Dan l-appell ġie miċħud b’deċiżjoni tal-10 ta’ Ottubru 2012 ikkomunikata lil SECIL b’ittra tas-17 ta’ Ottubru 2012. |
|
26. |
SECIL ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal Tributário de Lisboa (qorti fiskali ta’ Lisbona, il-Portugall), fejn allegat, essenzjalment, li r-rifjut tal-awtoritajiet tat-taxxa Portugiżi li japplikaw l-iskema ta’ ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika fis-seħħ fil-Portugall matul is-sena finanzjarja 2009, prevista fl-Artikolu 46(1) u (8) tas-CIRC, kif ukoll fl-Artikoli 41(5)(b) u 45 tal-EBF, la kien konformi mad-dritt internazzjonali pubbliku u lanqas mad-dritt tal-Unjoni, peress li din l-iskema kienet tapplika biss għall-profitti mqassma minn kumpanniji li għandhom ir-residenza fiskali tagħhom fil-Portugall, fi Stat Membru tal-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), f’wieħed mill-pajjiżi Afrikani fejn il-lingwa uffiċjali hija l-Portugiż jew inkella f’Timor Leste. Skont SECIL, din id-differenza fit-trattament fir-rigward tal-profitti li ġejjin mit-Tuneżija u mil-Libanu kienet tikser il-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu kif ukoll l-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE. |
|
27. |
It-Tribunal Tributário de Lisboa (qorti fiskali ta’ Lisbona) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
28. |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ottubru 2014. SECIL, il-Gvern Portugiż, dak Elleniku u dak Svediż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. |
|
29. |
Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-partijiet ġew mistiedna jwieġbu għal mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-relazzjoni bejn it-Trattat FUE u l-Ftehimiet Ewro-Mediterranji, u dawn għamlu dan. |
|
30. |
Inżammet seduta fit-18 ta’ Novembru 2015, li matulha SECIL, il-Gvern Portugiż kif ukoll il-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet orali tagħhom. |
V – Analiżi
A – Osservazzjonijiet preliminari
|
31. |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ta’ natura partikolari pjuttost rari fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja peress li din tqajjem il-problema tal-applikabbiltà konkurrenti tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Ftehimiet Ewro-Mediterranji, jiġifieri l-Artikoli 49 TFUE, 63 TFUE u 64 TFUE kif ukoll l-Artikoli 31, 34 u 89 tal-FtehimKE-Tuneżija u 31, 33 u 85 tal-Ftehim KE-Libanu. |
|
32. |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ftehim konkluż mill-Unjoni u Stat terz wieħed jew iktar, jikkostitwixxi, fir-rigward tal-Unjoni, att meħud minn waħda mill-istituzzjonijiet tiegħu, fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, li d-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim jifformaw parti integrali, mid-dħul fis-seħħ tiegħu, mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u li, fil-kuntest ta’ dan l-ordinament ġuridiku, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biex tagħti deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim ( 5 ). |
|
33. |
Fuq din il-bażi, il-Qorti tal-Ġustizzja spiss kellha l-okkażjoni li tagħti risposta għal domandi preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet Ewro-Mediterranji, jiġifieri l-Ftehimiet KEE-Alġerija ( 6 ), KE-Marokk ( 7 ), KE-Iżrael u KE-PLO ( 8 ), KE-Libanu ( 9 ), KE-Eġittu ( 10 ), u KE-Tuneżija ( 11 ). |
|
34. |
Madankollu, l-ebda waħda minn dawn il-kawżi ma qajmet il-kwistjoni tal-applikabbiltà konkurrenti tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Ftehimiet Ewro-Mediterranji. |
|
35. |
L-istess japplika għall-kawżi li qajmu kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tal-Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni KEEGreċja ( 12 ), KEE-Turkija ( 13 ) u KE-Ungerija ( 14 ) kif ukoll għall-Ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni KE-Russja ( 15 ). |
|
36. |
Għall-kuntrarju, il-kwistjoni ta’ applikabbiltà konkurrenti tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-kapital u ta’ dawk tal-Ftehim ŻEE dwar l-istess libertà kienet is-suġġett ta’ diversi talbiet għal deċiżjoni preliminari ( 16 ) kif ukoll ta’ rikorsi diretti ( 17 ). |
|
37. |
Madankollu, din il-ġurisprudenza ftit li xejn se tkun utli f’din il-kawża peress li l-Qorti tal-Ġustizzja spiss iddeċidiet li “r-regoli li jipprojbixxu r-restrizzjonijiet għall-movimenti ta’ kapital u d-diskriminazzjoni li huma jistabbilixxu huma, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Istati partijiet fil-Ftehim ŻEE, irrispettivament minn jekk humiex membri tal-Unjoni jew tal-EFTA, identiċi għal dawk li d-dritt tal-Unjoni jimponi fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri” ( 18 ). |
|
38. |
Peress li l-livell ta’ protezzjoni ġuridika mogħtija f’dan il-qasam mit-Trattat FUE u mill-Ftehim ŻEE huwa l-istess, ftit li xejn huwa importanti jekk japplikawx id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE jew dawk tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, il-kwistjoni tal-eżistenza ta’ ġerarkija jew ta’ prijorità bejn dawn id-dispożizzjonijiet jew in-nuqqas tagħha ma qamitx f’dawk il-kawżi fejn kienu japplikaw it-Trattat FUE u l-Ftehim ŻEE fl-istess ħin. |
|
39. |
Dan ma huwiex il-każ inkwistjoni, fejn id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu ma humiex l-istess bħal dawk tat-Trattat FUE. Minn naħa, anki jekk jitqies li d-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet li jikkonċernaw il-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital għandhom effett dirett, il-portata tagħhom hija limitata mill-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u mill-Artikolu 85 tal-Ftehim KE-Libanu li jillimitaw il-portata tal-imsemmija ftehimiet fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. Min-naħa l-oħra, għall-kuntrarju tat-Trattat FUE, il-Ftehim KE-Tuneżija ma fihx klawżola ta’ salvagwardja li tillimita l-portata tal-moviment liberu tal-kapital, filwaqt li l-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 33 tal-Ftehim KE-Libanu teskludi mill-portata tagħha t-trasferiment barra mill-pajjiż tal-profitti li jirriżultaw mill-investimenti magħmula fil-Libanu minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni. |
|
40. |
Għalhekk tista’ tqum il-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu teskludix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE jew bil-maqlub. |
|
41. |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, “[il-ftehimiet konklużi mill-Unjoni] igawdu s-supremazija fuq l-atti tad-dritt [tal-Unjoni] sekondarju” ( 19 ) u l-Qorti tal-Ġustizzja żżid tgħid li “din is-supremazija fuq livell tad-dritt [tal-Unjoni] ma testendix ruħha għad-dritt primarju” ( 20 ). |
|
42. |
Madankollu, id-dritt internazzjonali pubbliku ma jipprevedix ġerarkija bejn id-diversi trattati konklużi mill-Istati. Fil-fatt, bħalma kiteb il-professur Charles Rousseau, “[m]agħmula għall-ordinament tal-Istat, fuq il-bażi ta’ ġerarkija tal-korpi u tar-regoli, [id-duttrina ta’ Kelsen li skontha l-kunflitt ta’ regola ta’ grad inferjuri ma’ regola ta’ grad superjuri jagħti lok għall-invalidità jew għall-annullabbiltà tagħha, jew għal sanzjoni kontra l-korp responsabbli] ma hijiex idonea sabiex issolvi kunflitti ta’ regoli internazzjonali, peress li l-maġġoranza tar-regoli tad-dritt internazzjonali huma regoli konvenzjonali li joriġinaw minn korpi separati u mhux f’ġerarkija” [traduzzjoni libera] ( 21 ), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 103 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti ( 22 ) u tar-regoli ius cogens ( 23 ) li jipprevalu fuq kull regola kuntrarja oħra tad-dritt internazzjonali ( 24 ). |
|
43. |
Madankollu, peress li l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni huwa f’konformità mad-duttrina ta’ Kelsen u jistabbilixxi ġerarkija tar-regoli li permezz tagħha t-Trattat FUE jipprevali fuq id-dritt internazzjonali pubbliku, il-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal din il-ġerarkija tar-regoli tkun teżisti biss f’każ ta’ kontradizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-diversi trattati li jkunu applikabbli, sakemm ma jkunx każ ta’ kunflitt apparenti li jista’ jissolva permezz ta’ interpretazzjoni ( 25 ). |
|
44. |
Fil-fehma tiegħi, hemm diversi elementi li ma jippermettux li jiġi konkluż li teżisti tali kontradizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u l-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu. Għall-kuntrarju, bħad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertajiet kbar ta’ moviment u bħalma jindikaw it-tieni inċiż tal-Artikoli 1(2) tal-Ftehim KE-Tuneżija u 1(2)(b) tal-Ftehim KE-Libanu, l-imsemmija ftehimiet għandhom l-għan li “jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għal-liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ fl-oġġetti, fis-servizzi u fil-kapital” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
45. |
Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi, il-Ftehimiet Ewro-Mediterranji “għandhom l-għan li jippromwovu kooperazzjoni globali bejn il-partijiet kontraenti bl-għan li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali [tal-Istat terz ikkonċernat] u li jiffavorixxu t-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħhom” ( 26 ). |
|
46. |
Konsegwentement, bl-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu l-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital, il-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu jibqgħu konformi mal-prinċipji li jispiraw it-Trattat FUE, mingħajr ma jsegwu għanijiet kontradittorji għal dawk tal-imsemmi trattat. |
|
47. |
Il-kontradizzjoni msemmija iktar ’il fuq lanqas ma tista’ tirriżulta mill-preżenza tal-Artikoli 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 85 tal-Ftehim KE-Libanu. |
|
48. |
Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet jfittxu sempliċement li ma jestendux il-vantaġġi mogħtija mill-konvenzjonijiet għall-ħelsien mit-taxxa doppja konklużi minn waħda mill-partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju għaċ-ċittadini tal-partijiet l-oħra, li ma jimpedixxux l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura maħsuba sabiex tiġġieled kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali u li ma jostakolawx l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt fiskali tal-partijiet kontraenti li jittrattaw lill-persuni taxxabbli b’mod differenti skont il-post ta’ residenza tagħhom. |
|
49. |
L-Artikolu 65(1) TFUE fih l-istess għanijiet u, għalkemm ma jitkellimx dwar konvenzjonijiet għall-ħelsien mit-taxxa doppja, ma hemm xejn fit-Trattat FUE li jippermetti li ċittadin Tuneżin jew Libaniż jikseb vantaġġ mogħti minn konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja konkluż bejn ir-Repubblika Portugiża u Stat ieħor ( 27 ). |
|
50. |
Bl-istess mod, il-fatt li l-Ftehim KE-Tuneżija ma fihx klawżola ta’ salvagwardja li tillimita l-portata tal-moviment liberu tal-kapital u l-fatt li l-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 33 tal-Ftehim KE-Libanu teskludi mill-portata tagħha t-trasferiment barra mill-pajjiż tal-profitti li jirriżultaw mill-investimenti magħmula fil-Libanu minn persuni residenti fl-Unjoni ma joħolqux kunflitt mal-Artikolu 64 TFUE. |
|
51. |
Fil-fatt, il-klawżola ta’ salvagwardja, prevista f’dan l-artikolu, favur ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital diġà fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1993, ma timponi l-ebda obbligu li dawn jinżammu u tipprojbixxi t-twessigħ tal-portata tagħhom. |
|
52. |
Bħalma jsostni l-Gvern Svediż fir-risposta bil-miktub tiegħu għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, ma hemmx lok, għaldaqstant, li wieħed jirrikorri għall-ġerarkija tar-regoli. Għalhekk għandu jiġi eżaminat jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet humiex l-uniċi applikabbli bis-saħħa tal-prinċipju lex posterior derogat legi priori. |
|
53. |
Dan ma huwiex biss prinċipju ġenerali tad-dritt li l-eżistenza tiegħu fid-dritt tal-Unjoni ġiet irrikonoxxuta minn diversi avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 28 ), iżda huwa wkoll prinċipju tad-dritt internazzjonali, ikkodifikat fl-Artikolu 30(1), (3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati, konkluża fi Vjenna fit-23 ta’ Mejju 1969 ( 29 ). |
|
54. |
Fil-fehma tiegħi, f’din il-kawża, hija applikabbli r-regola kkodifikata fl-Artikolu 30(3) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna ( 30 ), li timplika li jiġi ddeterminat liema miż-żewġ trattati jiġi qabel l-ieħor. |
|
55. |
Il-ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jinteressawna, għandhom jitqiesu li huwa sussegwenti għat-Trattat FUE, u dan minkejja li ġew konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Fil-fatt, fir-rigward tal-moviment liberu tal-kapital, kulma għamel it-Trattat FUE kien li rriproduċa t-trattat preċedenti. B’mod iktar speċifiku, il-projbizzjoni ta’ “kull restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi”, ( 31 ) bħalma nafuha aħna llum, tmur lura għas-sena 1992 ( 32 ), data preċedenti għall-konklużjoni tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu. |
|
56. |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, skont l-Artikolu 30(3) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, il-partijiet kollha fit-trattat preċedenti, jiġifieri t-Trattat FUE, peress li huma wkoll partijiet fit-trattat sussegwenti, jiġifieri l-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE japplikaw biss sa fejn dawn ma jkunux ġew issostitwiti minn dawk tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu. |
|
57. |
Din l-interpretazzjoni hija koerenti mal-pożizzjoni meħuda mill-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Établissements Rimbaud (C‑72/09, EU:C:2010:235), li skontha, f’kawża li, bħal dik inkwistjoni, taqa’ taħt il-moviment liberu tal-kapital, “il-prinċipji lex posterior derogat legi priori u lex specialis derogat legi generali jidhru li jeskludu li l-Artikolu [64](1) [TFUE] japplika b’xi mod għar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Prinċipat tal-Liechtenstein”. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE li, bħall-Ftehim KE-Tuneżija, ma kienx jinkludi klawżola ta’ salvagwardja, kienet teskludi l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja prevista mit-Trattat FUE ( 33 ). |
B – Fuq l-ewwel sat-tielet u s-seba ’ domandi preliminari
|
58. |
Permezz tal-ewwel sat-tielet u s-seba’ domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk, minn naħa, l-Artikoli 31 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 30 tal-Ftehim KE-Libanu ( 34 ) (li jipprevedu d-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi) u, min-naħa l-oħra, l-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu (li jipprevedu l-moviment liberu tal-kapital) għandhomx effett dirett. |
1. Fuq il-libertà inkwistjoni fil-kawża prinċipali
|
59. |
Dawn id-domandi għandhom jiġu ppreċeduti minn dik dwar jekk din il-kawża taqax taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew il-moviment liberu tal-kapital. |
|
60. |
Għalkemm din il-mistoqsija preliminari, sal-lum, ma saritx fir-rigward tal-Ftehimiet Ewro-Mediterranji, fir-rigward tal-Artikolu 49 TFUE (libertà ta’ stabbiliment) u l-Artikolu 63 TFUE (moviment liberu tal-kapital), hemm ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja li tista’ tiġi trasposta għal dan il-każ. |
|
61. |
Skont din il-ġurisprudenza, “[i]t-trattament fiskali ta’ dividendi jista’ jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u tal-Artikolu 63 TFUE dwar il-moviment liberu tal-kapital” ( 35 ). |
|
62. |
Skont il-Gvern Portugiż, din il-kawża taqa’ esklużivament taħt id-dritt ta’ stabbiliment previst fl-Artikoli 31 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 30 tal-Ftehim KE-Libanu għaliex SECIL teżerċita influwenza deċiżiva fuq is-sussidjarji tagħha Ciments de Gabés u Ciments de Sibline. |
|
63. |
Madankollu, bħalma tinnota l-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tagħmilx distinzjoni bejn id-dividendi rċevuti minn kumpannija residenti fuq il-bażi ta’ sehem li jagħtiha influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi u li jippermettilha tiddetermina l-attivitajiet tagħha, u dawk irċevuti fuq il-bażi ta’ sehem li ma jagħtix tali influwenza. |
|
64. |
Madankollu, “leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-trattament fiskali tad-dividendi ta’ pajjiż terz, li ma tapplikax esklussivament għal sitwazzjonijiet li fihom kumpannija parent teżerċita influwenza deċisiva fuq il-kumpannija li tqassam id-dividendi, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 63 TFUE. Għalhekk, kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’, irrispettivament mid-daqs tas-sehem li hija għandha fil-kumpannija li tqassam id-dividendi stabbilita f’pajjiż terz, tuża din id-dispożizzjoni sabiex tikkontesta l-legalità ta’ tali leġiżlazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza A, C‑101/05, punti 11 u 27).” ( 36 ) |
|
65. |
Konsegwentement, fir-rigward tat-Trattat FUE, din il-kawża taqa’ taħt il-moviment liberu tal-kapital. |
|
66. |
Jidhirli li din il-ġurisprudenza tista’ tiġi trasposta għall-Ftehimiet Ewro-Mediterranji li jinkludu, bħat-Trattat FUE, dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital. |
|
67. |
Jien tal-fehma, bħall-Kummissjoni, li din il-kawża ma taqax taħt id-dritt ta’ stabbiliment previst fl-Artikoli 31 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 30 tal-Ftehim KE-Libanu, iżda taħt il-moviment liberu tal-kapital previst fl-Artikoli 34 u 31 tal-istess ftehimiet, rispettivament. Għalhekk la hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel u t-tieni domandi u lanqas għas-seba’ domanda, sa fejn dawn jikkonċernaw id-dritt ta’ stabbiliment. |
2. Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu
|
68. |
Għandu jiġi vverifikat jekk il-kawża prinċipali, li tikkonċerna t-trattament fiskali ta’ dividendi mħallsa minn Ciments de Gabés u Ciments de Sibline lill-azzjonist tagħhom SECIL, taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
|
69. |
F’dan ir-rigward, ninnota li għalkemm l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu jipprojbixxi b’mod ġenerali r-“restrizzjoni[jiet] għall-moviment tal-kapital”, l-Artikolu 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija jillimita din il-libertà għall-“investimenti diretti fit-Tuneżija, magħmula minn kumpanniji kkostitwiti skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll il-likwidazzjoni u r-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti u kull profitt li jirriżulta minnhom” [traduzzjonijiet mhux uffiċjali]. |
|
70. |
Meta interpretat il-kunċett ta’ “investiment[i] dirett[i]” li jinsab fl-Artikolu 64(1) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “[dan] il-kunċett […] jirrigwarda l-investimenti ta’ kull natura li jwettqu persuni fiżiċi jew ġuridiċi u li jservu sabiex jinħolqu u jinżammu relazzjonijiet fit-tul u diretti bejn il-persuna li tipprovdi l-kapital u l-impriża li lilhom jingħata tali kapital sabiex teżerċita attività ekonomika” ( 37 ). |
|
71. |
Peress li “l-obbjettiv li jinħolqu jew li jinżammu rabtiet ekonomiċi fit-tul jippreżupponi li l-ishma li għandu l-azzjonist jagħtuh, kemm minħabba d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kumpanniji b’responsabbiltà limitata, u kemm b’mod ieħor, il-possibbiltà li jipparteċipa effettivament fit-tmexxija ta’ din il-kumpannija jew fil-kontroll tagħha” ( 38 ), jidhirli li huwa inkontestabbli li investiment bħal dak ta’ SECIL fil-kapital azzjonarju ta’ Ciments de Gabés mis-sena 2000 u li, fl-2009, tela’ għal 98.72 % tal-kapital azzjonarju tagħha, jissodisfa bis-sħiħ dawn il-kriterji. |
|
72. |
Bl-istess mod, fid-dritt internazzjonali, wieħed isib definizzjoni simili tal-kunċett ta’ “investiment” użat mill-Konvenzjoni dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investimenti: “[i]d-duttrina ġeneralment tqis li l-investiment jippreżupponi kontribuzzjonijiet, ċertu tul ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt u parteċipazzjoni fir-riskji ta’ operazzjoni […]. Il-qari tal-preambolu tal-[Konvenzjoni dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investimenti] jippermetti li ma’ dawn jiżdied il-kriterju tal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ekonomiku tal-Istat ospitanti tal-investiment” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 39 ). |
|
73. |
Din il-kawża għalhekk taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
3. Fuq l-effett dirett tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu
|
74. |
Għandu jiġi rrilevat li, bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 25 tas-sentenza Gattoussi (C‑97/05, EU:C:2006:780), fir-rigward tal-Artikolu 64(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija, “[s]kond ġurisprudenza kostanti, dispożizzjoni ta’ ftehim konkluż mill-Komunitajiet ma’ Stati terzi għandha tiġi kkunsidrata bħala li għandha effett dirett meta, fid-dawl tal-kliem tagħha kif ukoll ta’ l-għan u tan-natura tal-ftehim, hija tinkludi obbligu ċar u preċiż li mhuwiex suġġett, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ ebda att ulterjuri” ( 40 ). |
|
75. |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-Artikolu 34(1) tal-Ftehim KE-Tuneżija, it-termini tiegħu jipprevedu li “[l-Unjoni] u t-Tuneżija għandhom jiżguraw […] il-moviment liberu tal-kapital li jikkonċerna l-investimenti diretti fit-Tuneżija, magħmula minn kumpanniji kkostitwiti skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll il-likwidazzjoni u r-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti u kull profitt li jirriżulta minnhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 41 ). |
|
76. |
L-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu jiddisponi li “bejn [l-Unjoni] minn naħa, u l-Libanu min-naħa l-oħra, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni għall-moviment tal-kapital u lanqas ma għandu jkun hemm kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew fuq il-post ta’ residenza taċ-ċittadini tagħhom jew fuq il-post fejn jiġi investit dan il-kapital” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 42 ). |
|
77. |
Jien naħseb, bħalma jsostnu SECIL u l-Kummissjoni, li dawn huma dispożizzjonijiet ċari, preċiżi u inkundizzjonati, sa fejn jistabbilixxu obbligu speċifiku ħafna fir-rigward tar-riżultat li għandu jinkiseb mingħajr il-ħtieġa tal-adozzjoni tal-ebda att sussegwenti biex isiru eżegwibbli. |
|
78. |
Bħalma juri l-Gvern Portugiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, iċ-ċarezza, il-preċiżjoni u l-inkundizzjonalità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huma iktar u iktar ċari jekk wieħed iqabbilhom mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet inkwistjoni dwar id-dritt ta’ stabbiliment li n-natura programmatika tagħhom hija inkontestabbli. |
|
79. |
Fil-fatt, l-Artikoli 31 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 30 tal-Ftehim KE-Libanu jinkludu biss ftehim dwar qbil (“an agreement to agree”) fuq il-portata tal-protezzjoni li għandha tingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni, tar-Repubblika Libaniża u tar-Repubblika tat-Tuneżija. F’dan is-sens, dawn id-dispożizzjonijiet jillimitaw ruħhom sabiex jistabbilixxu l-għan li l-partijiet jimpenjaw ruħhom li jsegwu u jiddeterminaw il-proċedura li tippermetti l-implementazzjoni ta’ dan l-għan. |
|
80. |
Din il-konklużjoni ma titqiegħedx fid-dubju mill-Artikolu 34(2) tal-Ftehim KE-Tuneżija li jipprevedi li “[i]l-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital bejn [l-Unjoni] u t-Tuneżija u jilliberalizzawh għalkollox meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 43 ). |
|
81. |
Fil-fatt, bħalma ssostni l-Kummissjoni, din id-dispożizzjoni tirrigwarda biss il-moviment tal-kapital minbarra l-investimenti diretti li huma rregolati mill-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, bħal pereżempju l-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fis-swieq tal-kapital. Peress li din il-kawża tikkonċerna investiment dirett previst mill-paragrafu 1, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma għandux impatt fuq l-effett dirett tal-paragrafu 1 ta’ dan l-istess artikolu. |
|
82. |
Fit-tieni lok, fir-rigward tas-suġġett u tan-natura tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu, li jittrasponu fl-Artikolu 1(1) tagħhom dak li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punt 27 tas-sentenza tagħha Gattoussi (C‑97/05, EU:C:2006:780), jien naħseb li l-istabbiliment, permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, huwa raġuni addizzjonali biex wieħed jaċċetta li s-suġġett u n-natura tagħhom huma kompatibbli mal-effett dirett tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
|
83. |
Għal dawn ir-raġunijiet, bħal SECIL, il-Gvern Svediż u l-Kummissjoni, jien tal-fehma li l-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu għandhom effett dirett li jista’ jiġi invokat minn SECIL quddiem il-qorti tar-rinviju. |
C – Fuq il-ħames u d-disa ’ domandi preliminari
|
84. |
Permezz tal-ħames u tad-disa’ domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li tiddelimita l-portata tal-Artikoli 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 85 tal-Ftehim KE-Libanu sabiex tkun taf jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom ikoprix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li ma tawtorizzax it-tnaqqis sħiħ jew parzjali, skont il-każ, ta’ dividendi li joriġinaw minn kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom jew it-tmexxija effettiva tagħhom barra mill-Unjoni jew miż-ŻEE. |
|
85. |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u l-Artikolu 85(a) tal-Ftehim KE-Libanu jipprevedu li dawn il-ftehimiet ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-vantaġġi mogħtija minn Stat Membru fil-qasam fiskali minn konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja. |
|
86. |
Għall-kuntrarju tal-Gvern Portugiż li, fir-rigward tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija, jagħti risposta għad-domanda abbażi tal-konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja li ffirma mar-Repubblika tat-Tuneżija, jien naħseb, bħall-Kummissjoni, li l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li jiġi evitat li regola prevista f’konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja konkluża mir-Repubblika Portugiża ma’ Stat ieħor minbarra r-Repubblika tat-Tuneżija tkun estiża għal resident Tuneżin li l-Istat ta’ residenza tiegħu ma jkunx parti f’din il-konvenzjoni tal-aħħar. |
|
87. |
Madankollu, SECIL, ma tfittixx li tikseb vantaġġ mogħti minn konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja li r-Repubblika Portugiża kkonkludiet ma’ Stat ieħor minbarra r-Repubblika tat-Tuneżija. |
|
88. |
L-istess japplika għall-Artikolu 85(a) tal-Ftehim KE-Libanu. |
|
89. |
It-tieni inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u l-Artikolu 85(b) tal-Ftehim KE-Libanu jippermettu lill-partijiet f’dawn il-ftehimiet jadottaw jew japplikaw kwalunkwe miżura maħsuba għall-evitar tal-frodi u l-evażjoni fiskali. |
|
90. |
Madankollu, peress li f’din il-kawża ma hemm l-ebda allegazzjoni ta’ frodi u evażjoni fiskali, ma hemmx lok għall-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet. |
|
91. |
Fl-aħħar nett, it-tielet inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u l-Artikolu 85(c) tal-Ftehim KE-Libanu jippermettu lill-awtoritajiet fiskali Portugiżi japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom għall-persuni taxxabbli li ma humiex f’sitwazzjoni identika f’dak li jirrigwarda l-post ta’ residenza tagħhom. |
|
92. |
Skont il-Gvern Portugiż, dawn id-dispożizzjonijiet jippermettulu jagħmel distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli skont ir-residenza tagħhom u skont il-post fejn il-kapital tagħhom huwa investit. |
|
93. |
Jien ma nikkondividix din l-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet li żżid magħhom kriterju li jista’ jiġġustifika differenza fit-trattament, jiġifieri l-post fejn il-kapital huwa investit. |
|
94. |
Barra minn hekk, SECIL hija kumpannija residenti fil-Portugall u d-dispożizzjonijiet inkwistjoni ma jawtorizzawx li hija tkun, f’din il-kwalità, vittma ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-residenza tas-sussidjarji tagħha. |
|
95. |
F’dan ir-rigward, infakkar il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li skontha “is-sitwazzjoni ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini barranija hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali sa fejn, fiż-żewġ każijiet, id-dħul [il-profitt] li sar jista’, bħala regola ġenerali, ikun suġġett għal sensiela ta’ taxxi” ( 44 ). |
|
96. |
Konsegwentement, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ħames u d-disa’ domandi fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tawtorizzax it-tnaqqis sħiħ jew parzjali, skont il-każ, ta’ dividendi li joriġinaw minn kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom barra mill-Unjoni jew miż-ŻEE la tista’ tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u lanqas fuq l-Artikolu 85 tal-Ftehim KE-Libanu. |
D – Fuq ir-raba ’, is-sitt, it-tmien u l-għaxar domandi preliminari
|
97. |
Permezz tar-raba’, tas-sitt, tat-tmien u tal-għaxar domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk l-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim-KE-Libanu għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva d-dritt għall-ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma fil-każ fejn il-kumpannija li tqassam id-dividendi jkollha s-sede tagħha jew l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż jew ir-residenza tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew taż-ŻEE u, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn dan. |
1. Fuq l-eżistenza fil-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital kif iggarantit mill-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu
|
98. |
Kif semmejt reċentement fil-punt 27 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Timac Agro Deutschland (C‑388/14, EU:C:2015:533), fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u tal-libertajiet fundamentali, il-Qorti tal-Ġustizzja tistħarreġ jekk tkunx teżisti diskriminazzjoni fl-għamla ta’ restrizzjoni, jiġifieri ostakolu għal-libertajiet fundamentali li jirriżulta minn differenza fit-trattament bejn persuni taxxabbli li jinsabu f’sitwazzjonijiet oġġettivament paragunabbli jew trattament identitiku ta’ persuni taxxabbli li jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti. |
|
99. |
Dan jippermetti lill-Istati Membri jiġġustifikaw il-miżura inkwistjoni billi jibbażaw ruħhom fuq waħda jew iktar mir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali ddefiniti fil-ġurisprudenza li fuq il-bażi tagħhom normalment ikun impossibbli li tiġi ġġustifikata diskriminazzjoni, peress li din tal-aħħar tkun tista’ tiġi ġġustifikata biss fuq il-bażi ta’ waħda mir-raġunijiet espressament imsemmija fit-Trattat FUE, jiġifieri l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika, li ftit li xejn huma utli fil-qasam tat-tassazzjoni. |
|
100. |
F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-moviment liberu tal-kapital ikun ostakolat mill-miżuri nazzjonali “li huma ta’ natura li jiddiswadu lil dawk li ma humiex residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew li jiddiswadu lir-residenti tal-imsemmi Stat Membru milli jinvestu fi Stati oħra” ( 45 ). |
|
101. |
Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 46 tas-sentenza Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation (C‑374/04, EU:C:2006:773), “[s]abiex jiġi ddeterminat jekk differenza ta’ trattament fiskali hijiex diskriminatorja, għandu […] jiġi kkunsidrat jekk, fir-rigward tal-miżura nazzjonali in kwistjoni, il-kumpanniji kkonċernati jinsabux f’sitwazzjoni oġġettivament simili. Fil-fatt, jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti li diskriminazzjoni tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet simili jew fl-applikazzjoni ta’ l-istess regola għal sitwazzjonijiet differenti”. |
|
102. |
Fir-rigward tal-prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi li l-Artikolu 63 TFUE jimponi “fuq Stat Membru li għandu sistema ta’ prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika, li, fil-każ ta’ dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti minn kumpanniji residenti oħra, huwa għandu jagħti trattament ekwivalenti lid-dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti mingħand kumpanniji mhux residenti” ( 46 ). |
|
103. |
F’dan il-każ, bħalma tispjega l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 46 tas-CIRC jirriżerva d-dritt għall-ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji Portugiżi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti minimi li jikkonċernaw l-ammont tal-kapital azzjonarju miżmum fil-kumpannija li tqassam id-dividendi, il-valur u t-tul ta’ din iż-żamma ( 47 ). Dan il-ħelsien jieħu l-forma ta’ tnaqqis sħiħ tad-dividendi inkwistjoni mill-profitt taxxabbli tal-kumpanniji Portugiżi. Tnaqqis parzjali ta’ 50 % huwa previst minn din id-dispożizzjoni meta wieħed minn dawn ir-rekwiżiti minimi ma jkunx issodisfatt. |
|
104. |
Madankollu, dan id-dritt għal tnaqqis sħiħ jew parzjali huwa possibbli biss fil-każ fejn il-kumpannija li tqassam id-dividendi jkollha s-sede tagħha jew l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż jew ir-residenza tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew taż-ŻEE. |
|
105. |
Għall-kuntrarju, il-kumpanniji li jirċievu dividendi minn kumpannija li, bħal Ciments de Gabés u Ciments de Sibline, ikollha s-sede tagħha jew l-amministrazzjoni effettiva tagħha fi Stat terz, bħat-Tuneżija u l-Libanu, ikunu suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji b’rata ta’ 23 %, sakemm ma tkunx applikabbli rata mnaqqsa skont konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja. |
|
106. |
Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li r-Repubblika Portugiża ma kkonkludiex tali konvenzjoni mar-Repubblika Libaniża u li l-Artikolu 10(2) tal-konvenzjoni konkluża mar-Repubblika tat-Tuneżija jipprevedi rata massima ta’ 15 %. |
|
107. |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rata tat-taxxa effettiva tad-dividendi hija fissa (għad-dividendi ta’ oriġini Tuneżina għal massimu ta’ 15 % u ta’ 23 % għad-dividendi ta’ oriġini Libaniża) filwaqt li, fuq id-dividendi ta’ oriġini Portugiża, mill-UE jew miż-ŻEE, ir-rata hija ta’ 0 % (tnaqqis sħiħ) jew ta’ 11.5 % (tnaqqis parzjali ta’ 50 %). |
|
108. |
Għalhekk teżisti differenza fit-trattament bejn il-persuni taxxabbli Portugiżi skont l-oriġini tad-dividendi li jirċievu. |
|
109. |
Barra minn hekk, ma hemm l-ebda dubju li SECIL tinsab f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli għal dik ta’ persuna taxxabbli Portugiża li tirċievi dividendi ta’ oriġini Portugiża jew minn Stat Membru tal-Unjoni jew taż-ŻEE ( 48 ). |
|
110. |
Konsegwentement, differenza fit-trattament bħal dik li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni pprojbita mill-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
2. Fuq l-applikabbiltà tal-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 33 tal-Ftehim KE-Libanu
|
111. |
Bħalma josserva l-Gvern Svediż, għall-kuntrarju tal-Ftehim KE-Tuneżija, il-Ftehim KE-Libanu, fl-Artikolu 33 tiegħu, fih klawżola ta’ salvagwardja analoga għal dik tal-Artikolu 64(1) TFUE. |
|
112. |
Fil-fatt, l-Artikolu 31 tal-Ftehim KE-Libanu jiggarantixxi l-moviment liberu tal-kapital biss “bla ħsara għall-[Artikolu] 33 […]”, li fil-paragrafu 1 tiegħu jiddisponi li “l-Artikolu 31 [ma għandux jostakola] l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet eżistenti bejniethom fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim fir-rigward tal-moviment tal-kapital bejniethom li jinvolvi l-investimenti diretti, bħall-investimenti fi proprjetà immobbli, l-istabbiliment, il-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fis-swieq tal-kapital” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
113. |
Il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu jżid li, “[m]adankollu, it-trasferiment barra mill-pajjiż tal-investimenti magħmula fil-Libanu minn persuni residenti [fl-Unjoni] jew magħmula [fl-Unjoni] minn persuni residenti fil-Libanu, kif ukoll il-profitti li jirriżultaw minnhom, ma jkunx affettwat” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
114. |
Peress li din il-kawża tikkonċerna t-trattament ta’ dividendi mħallsa minn Ciments de Sibline lill-azzjonist Portugiż tagħha, dividendi li jirriżultaw minn profitti li joriġinaw minn investimenti magħmula fil-Libanu minn persuna residenti fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 33(2) tal-Ftehim KE-Libanu, inqis li l-klawżola ta’ salvagwardja ma hijiex applikabbli f’dan il-każ. |
|
115. |
Fl-aħħar nett għandu jiġi eżaminat jekk ir-restrizzjoni inkwistjoni tistax tkun iġġustifikata. |
3. Fuq il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni
|
116. |
Permezz tas-sitt u tal-għaxar domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk ir-restrizzjoni magħmula għall-moviment liberu tal-kapital iggarantit mill-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu tistax tiġi ġġustifikata peress li ma hemmx ftehim ta’ kooperazzjoni ekwivalenti għal dak stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 77/799 ( 49 ). |
|
117. |
B’mod mhux tas-soltu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 28 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 27 tal-Ftehim KE-Libanu li jipprevedu l-possibbiltà li tiġi ġġustifikata restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija f’termini kważi identiċi għal dawk tal-Artikolu 36 TFUE, dawn il-ftehimiet ma jipprevedu l-ebda ġustifikazzjoni ekwivalenti għal dik tal-Artikoli 45(3), 52(1), 62 u 65(1)(b) u (2) TFUE, jiġifieri l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika. |
|
118. |
Madankollu, hawnhekk ukoll, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-relazzjonijiet bejn it-tassazzjoni diretta nazzjonali u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertajiet kbar ta’ moviment (u b’mod iktar preċiż il-libertà ta’ stabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital) ( 50 ) tista’ tiġi trasposta għall-problema mqajma f’din il-kawża. |
|
119. |
Jien diġà rrilevajt li r-restrizzjonijiet għal-libertajiet tal-moviment imsemmija iktar ’il fuq magħmula permezz ta’ miżuri nazzjonali ta’ tassazzjoni diretta ftit li xejn għandhom possibbiltà li jiġu ġġustifikati għal raġunijiet marbuta mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà jew mas-saħħa pubblika. Hija prova suffiċjenti l-fatt li l-ebda waħda mill-madwar 250 sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jirrigwardaw il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ tassazzjoni nazzjonali mat-Trattat FUE ma qatt ġiet ibbażata fuq il-preżenza jew in-nuqqas ta’ dawn il-ġustifikazzjonijiet. |
|
120. |
Il-ġustifikazzjonijiet l-oħra kollha (jew raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali) li kienu fil-qalba ta’ dawn il-proċeduri ddaħħlu progressivament fid-dritt tal-Unjoni (l-ewwel fit-teorija, imbagħad f’każijiet konkreti) bil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja biss, irrispettivament minn jekk kellhiex x’taqsam il-koerenza fiskali, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali u l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali jew li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni. |
|
121. |
F’dan ir-rigward, ir-riferiment magħmul mill-qorti tar-rinviju għad-Direttiva 77/799 (li dik il-qorti tikkwalifika bħala “qafas ta’ kooperazzjoni”) jirreferi direttament għall-ġustifikazzjonijiet tar-restrizzjonijiet għal-libertajiet ta’ moviment minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali u li jiġu miġġielda l-evażjoni u l-frodi fiskali, li dwarhom it-Trattat FUE huwa sieket ukoll. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tat-Trattat FUE iktar u iktar tista’ tiġi trasposta għal dan il-każ, peress li jirrigwarda l-moviment liberu tal-kapital li t-Trattat FUE jagħmel applikabbli fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi. |
|
122. |
Huwa preċiżament fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi li l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li jiġu ġġustifikati r-restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital filwaqt li rrifjutat dan fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-moviment bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, f’diversi sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 77/799 kienet tippermetti lill-Istati Membri jiżguraw il-ġbir effettiv tat-taxxi mingħajr il-ħtieġa li jirrikorru għal restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital. In-nuqqas ta’ applikabbiltà tad-Direttiva għall-pajjiżi terzi evidentement kienet tbiddel is-sitwazzjoni ħlief, skont kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-preżenza ta’ konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja li tinkludi dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istat terz u l-Istat Membru tal-miżura fiskali kkontestata ( 51 ). |
|
123. |
Bħalma jirrilevaw il-Gvern Portugiż u dak Svediż, jekk wieħed jibbaża ruħu fuq is-skiet tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu biex jeskludi kull ġustifikazzjoni ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, dan ikollu l-effett li, fir-rigward tal-moviment tal-kapital lejn it-Tuneżija u l-Libanu jew li joriġina minn dawn il-pajjiżi, tiġi stabbilita skema iktar liberalizzata minn dik li teżisti għall-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw ċerti restrizzjonijiet deċiżi mill-Istati Membri. |
|
124. |
Bħalma ddeċidiet il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-25 ta’ Settembru 1997, fil-kawża Gabčikovo-Nagymaros Project (L-Ungerija vs Is-Slovakkja), fir-rigward tal-obbligu tal-partijiet li t-trattati jiġu eżegwiti “bona fide” f’konformità mar-rekwiżit tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna ( 52 ), “dan l-element tal-aħħar jimplika li, f’dan il-każ, huwa l-għan tat-trattat, u l-intenzjoni li biha l-partijiet ikunu kkonkludewh, li għandhom jipprevalu fuq l-applikazzjoni letterali tiegħu. Il-prinċipju ta’ bona fides jobbliga lill-partijiet japplikawh b’mod raġonevoli u b’tali mod li l-għan tiegħu jkun jista’ jintlaħaq” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 53 ). |
|
125. |
Peress li jidhirli li huwa improbabbli ferm li l-awturi tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu riedu jagħtu libertà totali lill-moviment tal-kapital bejn l-Unjoni u dawn iż-żewġ pajjiżi filwaqt li jkunu jistgħu jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri jew bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, inqis li restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital ma tkunx tikser il-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu jekk din tkun iġġustifikata minn waħda mir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali ( 54 ), u b’mod iktar preċiż dawk li tagħmel riferiment għalihom il-qorti tar-rinviju. |
|
126. |
F’din il-perspettiva, il-Gvern Portugiż, sostnut mill-Gvern Svediż, jinvoka l-effikaċja tal-kontrolli fiskali u l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali biex jiġġustifika restrizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li ma hemmx strument ta’ kooperazzjoni amministrattiva analogu għad-Direttiva 77/799 mar-Repubblika tat-Tuneżija jew mar-Repubblika Libaniża. |
|
127. |
Il-Gvern Portugiż jispeċifika li ma hemmx konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Libaniża u li l-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni, previst fl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tat-Tuneżija, ma huwiex vinkolanti għall-Istati, bħalma huwa l-każ taħt l-imsemmija direttiva. |
|
128. |
Peress li t-tieni inċiż tal-Artikolu 89 tal-Ftehim KE-Tuneżija u l-Artikolu 85(b) tal-Ftehim KE-Libanu jippermettu lil kull parti tadotta jew tapplika kwalunkwe miżura maħsuba għall-evitar tal-frodi u l-evażjoni fiskali, għar-raġuni mogħtija fil-punt 90 ta’ dawn il-konklużjonijiet, inqis li kwalunkwe ġustifikazzjoni bbażata fuq din il-bażi għandha qabelxejn tiġi miċħuda f’din il-kawża. |
|
129. |
Inżid ngħid li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tippermetti din il-ġustifikazzjoni biss għad-dispożizzjonijiet intiżi b’mod speċifiku li jeskludu minn vantaġġ arranġamenti kompletament artifiċjali li l-għan tagħhom ikun li tiġi evitata l-liġi fiskali, li bl-ebda mod ma kien inkwistjoni f’din il-kawża ( 55 ). Barra minn hekk, il-ġustifikazzjoni inkwistjoni qatt ma ġiet permessa f’każ ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ frodi fiskali. |
|
130. |
Fir-rigward tal-ġustifikazzjoni bbażata fuq l-effikaċja tal-kontrolli fiskali fil-kuntest tal-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din il-ġustifikazzjoni “hija biss ammissibbli jekk il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tkun tipprovdi li l-benefiċċju ta’ vantaġġ fiskali jiddependi fuq li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet li l-osservanza tagħhom tista’ biss tiġi vverifikata billi tinkiseb informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz u jekk, minħabba l-assenza ta’ obbligu fi ftehim ta’ dan l-Istat terz li jipprovdi informazzjoni, ikun impossibbli li din l-informazzjoni tinkiseb mingħand dan tal-aħħar” ( 56 ). |
|
131. |
Kif tispjega l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 46 tas-CIRC jirriżerva d-dritt għall-ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma lill-kumpanniji Portugiżi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti minimi li jikkonċernaw l-ammont tal-kapital azzjonarju miżmum fil-kumpannija li tqassam id-dividendi, il-valur u t-tul ta’ din iż-żamma ( 57 ). |
|
132. |
F’dan il-każ, la l-Gvern Portugiż u lanqas il-qorti tar-rinviju ma jallegaw li l-għoti tal-profitt inkwistjoni jiddependi “fuq li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet li l-osservanza tagħhom tista’ biss tiġi vverifikata billi tinkiseb informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz” ( 58 ). |
|
133. |
Kieku l-qorti tar-rinviju kellha tasal għal konklużjoni opposta dwar dan il-punt, il-Gvern Portugiż ikun jista’ jinvoka l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, iżda biss fir-rigward tad-dividendi rċevuti minn Ciments de Sibline peress li ma jeżistix “obbligu fi ftehim [min-naħa tal-Libanu] li jipprovdi informazzjoni” ( 59 ). |
|
134. |
Is-sitwazzjoni tkun differenti fir-rigward tad-dividendi rċevuti minn Ciments de Gabés, peress li l-Artikolu 25 tal-konvenzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tat-Tuneżija jipprevedi mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni ( 60 ). |
|
135. |
Madankollu għandu jiġi speċifikat li, kieku l-għoti tal-benefiċċju inkwistjoni kellu jiddependi mill-fatt li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet li l-awtoritajiet fiskali kompetenti tal-pajjiż terz inkwistjoni ma humiex f’pożizzjoni li jikkonfermaw, peress li ma tkunx involuta, pereżempju, informazzjoni li l-ġbir tagħha jaqa’ taħt il-kompetenza tagħhom, l-għoti ta’ dan il-benefiċċju ma jistax jiġi rrifjutat mingħajr ma l-persuna taxxabbli jkollha l-opportunità li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. |
|
136. |
Bħala konklużjoni, ir-rifjut tal-ħelsien jew it-tnaqqis mit-taxxa doppja ekonomika minn leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jiġi ġġustifikat minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali. |
4. Fuq il-konsegwenzi li jirriżultaw minn ksur tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu
|
137. |
F’sitwazzjoni fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikser l-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk hija tkunx obbligata tapplika l-mekkaniżmu ta’ tnaqqis sħiħ, previst fl-Artikolu 46(1) tas-CIRC, għad-dividendi li SECIL irċeviet minn Ciments de Gabés u minn Ciments de Sibline. |
|
138. |
Għandu jitfakkar qabelxejn li “[m]inn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-dritt għal rimbors ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni huwa l-konsegwenza u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu tali taxxi, kif ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, l-Istati Membri bħala prinċipju għandhom l-obbligu li jirrimborsaw t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni” ( 61 ). |
|
139. |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, “meta Stat Membru ġabar taxxi bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni, l-individwi għandhom id-dritt mhux biss għar-rimbors tat-taxxa indebitament miġbura, iżda wkoll għall-ammonti mħallsa lil dan l-Istat jew miżmuma minnu b’relazzjoni diretta ma’ din it-taxxa” ( 62 ). |
|
140. |
Din ir-regola għandha biss eċċezzjoni waħda, jiġifieri t-trasferiment tat-taxxa fuq suġġetti oħra ( 63 ) u, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni, hija suġġetta għar-regoli proċedurali nazzjonali, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ( 64 ). |
|
141. |
L-istess japplika fir-rigward tat-taxxi miġbura bi ksur tal-Ftehimiet Ewro-Mediterranji li “jifformaw parti integrali […] mill-ordinament ġuridiku [tal-Unjoni]” ( 65 ). |
|
142. |
F’dan is-sens, l-awtoritajiet fiskali Portugiżi huma obbligati jirrimborsaw, bl-interessi, lil SECIL l-ammonti miġbura bi ksur tal-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu. |
|
143. |
Dawn l-ammonti jikkorrispondu għad-differenza bejn l-ammont imħallas minn SECIL u dak li din kienet tħallas li kieku d-dividendi rċevuti minn Ciments de Gabés u minn Ciments de Sibline kienu tqiesu li tħallsu minn kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tal-Unjoni jew taż-ŻEE. |
|
144. |
Bħala konklużjoni, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għar-raba’, għas-sitt, għat-tmien u għall-għaxar domandi fis-sens li l-Artikoli 34 tal-Ftehim KE-Tuneżija u 31 tal-Ftehim KE-Libanu għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva d-dritt għall-ħelsien (totali jew parzjali) mit-taxxa doppja ekonomika tal-profitti mqassma għall-każ fejn il-kumpannija li tqassam id-dividendi għandha s-sede tagħha jew l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż jew ir-residenza tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew taż-ŻEE. L-ammonti miġbura bi ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu rrimborsati, bl-interessi, lill-persuna taxxabbli. |
E – Fuq il-ħdax u t-tnax-il domandi preliminari
|
145. |
Permezz tal-ħdax u tat-tnax‑il domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 63 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li ma tippermettix it-tnaqqis tal-valur taxxabbli tad-dividendi rċevuti minn kumpanniji li s-sede jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom tinsab barra mill-Unjoni jew miż-ŻEE, filwaqt li tippermetti tali tnaqqis meta l-kumpanniji li jqassmu d-dividendi jkollhom is-sede tagħhom jew l-amministrazzjoni effettiva tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni jew taż-ŻEE. |
|
146. |
Kif spjegajt fil-punti 40 sa 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE japplikaw biss sa fejn dawn ikunu kompatibbli ma’ dawk tal-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu, li jidhirli li huwa l-każ fir-rigward tal-Artikolu 63(1) TFUE. |
|
147. |
Għall-istess raġunijiet bħal dawk spjegati fil-punti 98 sa 110 u 116 sa 144 ta’ dawn il-konklużjonijiet, inqis li leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital li ma tistax tiġi ġġustifikata. |
F – Fuq it-tlettax-il domanda preliminari
|
148. |
Permezz tat-tlettax‑il domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-applikabbiltà tal-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 64 TFUE fil-kawża prinċipali. |
|
149. |
Infakkar li l-Ftehim KE-Tuneżija ma fihx klawżola ta’ salvagwardja paragunabbli ma’ dik prevista fl-Artikolu 64 TFUE u l-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 33 tal-Ftehim KE-Libanu hija inqas wiesgħa minn dik prevista fl-Artikolu 64 TFUE. |
|
150. |
Is-supremazija tal-applikazzjoni tat-Trattat FUE tkun applikabbli biss fil-każ ta’ kontradizzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali u tadritt sekondarju tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-Ftehimiet KE-Tuneżija u KE-Libanu, li fil-fehma tiegħi ma huwiex il-każ. |
|
151. |
Fil-fatt, l-Artikolu 64 TFUE jippermetti iżda ma jimponix l-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital bejn Stati Membri u pajjiżi terzi li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 1993. Għalhekk ma hemm xejn li jimpedixxi lill-Istati Membri milli jirrinunzjaw għal tali applikazzjoni b’mod unilaterali jew, bħalma jsostnu f’dan il-każ il-Gvern Svediż u l-Kummissjoni, fi ftehim internazzjonali, totalment (bħal fil-Ftehim KE-Tuneżija) jew parzjalment (bħal fil-Ftehim KE-Libanu). |
|
152. |
Għalhekk ma hemmx lok li tingħata risposta għal din id-domanda. |
|
153. |
Madankollu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi mod ieħor, ikollu jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 64 TFUE humiex issodisfatti. |
|
154. |
Skont il-paragrafu 1 tiegħu, “[i]d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 63 ma jippreġudikawx l-applikazzjoni għall-pajjiżi terzi ta’ xi restrizzjonijiet li jkunu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 1993 skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi ta’ l-Unjoni dwar il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett – inkluż ukoll investiment f’beni immobbli – l-istabbiliment, il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fi swieq kapitali”. |
|
155. |
F’dan ir-rigward, il-Gvern Portugiż isostni li għalkemm din il-kawża tikkonċerna l-Artikolu 46 tas-CIRC fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-2009, kienet diġà teżisti dispożizzjoni ekwivalenti fil-31 ta’ Diċembru 1993. |
|
156. |
Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 47 tas-sentenza Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company (C‑190/12, EU:C:2014:249), “[f]ir-rigward tal-kriterju ratione temporis stabbilit bl-Artikolu 64(1) TFUE, minn ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita sew jirriżulta li minkejja li, bħala prinċipju, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina l-kontenut tal-leġiżlazzjoni eżistenti f’data stabbilita minn att tal-Unjoni, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tipprovdi l-elementi ta’ interpretazzjoni tal-kunċett tad-dritt tal-Unjoni li jikkostitwixxi r-riferiment għall-applikazzjoni ta’ sistema derogatorja, prevista b’dan id-dritt, għal leġiżlazzjoni nazzjonali ‘eżistenti’ f’data speċifika”. |
|
157. |
Skont ġurisprudenza stabbilita sew, “kull miżura nazzjonali adottata wara data hekk stabbilita ma hijiex, abbażi ta’ dan il-fatt waħdu, awtomatikament eskluża mis-sistema derogatorja stabbilita mill-att tal-Unjoni inkwistjoni. Fil-fatt, dispożizzjoni li hija, fis-sustanza tagħha, identika għal-leġiżlazzjoni preċedenti jew li kulma tagħmel huwa li tnaqqas jew tneħħi ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni li jinsabu fil-leġiżlazzjoni preċedenti tibbenefika mid-deroga. Għall-kuntrarju, leġiżlazzjoni li hija bbażata fuq loġika differenti minn dik tad-dritt preċedenti u tistabbilixxi proċeduri ġodda ma tistax titqabbel mal-leġiżlazzjoni eżistenti fid-data stabbilita mill-att tal-Unjoni inkwistjoni” ( 66 ). |
|
158. |
Kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkonkludi li l-Artikolu 64 TFUE huwa applikabbli, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dispożizzjoni li, fis-sustanza tagħha, kienet identika għal dik tal-Artikolu 46 tas-CIRC, fis-sens li kienet tirrifjuta l-ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika fil-każ ta’ dividendi rċevuti mill-pajjiż terzi, kinitx fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1993. F’dan il-każ biss ir-restrizzjoni introdotta mill-Artikolu 46 tas-CIRC tibbenefika mill-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 64 TFUE. |
G – Fuq l-erbatax‑il domanda preliminari
|
159. |
Permezz tal-erbatax‑il domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk il-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 64 TFUE hijiex applikabbli peress li r-Repubblika Portugiża introduċiet l-iskema tal-vantaġġi fiskali ta’ natura kuntrattwali għall-investiment barra mill-pajjiż previst fl-Artikolu 41(5)(b) tal-EBF u l-iskema prevista fl-Artikolu 42 tal-EBF għad-dividendi li joriġinaw mill-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża jew minn Timor Leste. |
|
160. |
Din id-domanda tqum mill-argument ta’ SECIL li skontu r-Repubblika Portugiża ma setgħetx tirrinunzja għall-klawżola ta’ salvagwardja biss għall-każijiet fejn ikunu japplikaw l-iskemi fiskali speċjali previsti fl-Artikoli 41(5)(b) u 42 tal-EBF. |
|
161. |
Fid-dawl tar-risposta tiegħi għad-domandi preċedenti, ma nqisx li huwa meħtieġ li nagħti risposta għall-erbatax‑il domanda. |
|
162. |
Dan iktar u iktar peress li, bħalma ssostni l-Kummissjoni, l-eżistenza ta’ skema ta’ vantaġġi fiskali speċifiċi għall-investiment ta’ natura kuntrattwali u għad-dividendi li joriġinaw mill-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża u minn Timor Leste, ma hijiex element rilevanti f’dan il-każ. |
|
163. |
Dawn l-iskemi jimplikaw li r-Repubblika Portugiża ma tistax tibqa’ tapplika għad-dividendi rċevuti mill-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża jew minn Timor Leste l-iskema ġenerali tagħha li tikkonċerna d-dividendi rċevuti minn pajjiżi terzi, iżda għandha tapplika din l-iskema speċifika. Ma jistax jiġi konkluż li, bl-adozzjoni ta’ dawn l-iskemi speċifiċi, ir-Repubblika Portugiża ddeċidiet li tabbanduna l-possibbiltà li tinvoka l-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 64 TFUE, li l-portata tagħha tista’ tiġi ristretta. |
|
164. |
Kieku kellha tqum kwistjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament, din taqa’ biss taħt id-dritt nazzjonali u taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Portugiżi. |
VI – Konklużjoni
|
165. |
Għalhekk nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal Tributário de Lisboa (qorti fiskali ta’ Lisbona) bil-mod li ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 28, p. 187.
( 3 ) ĠU L 294M, p. 168.
( 4 ) Diário da República I, serje A, Nru 77, tal-31 ta’ Marzu 2000, p. 1411.
( 5 ) Ara s-sentenzi Haegeman (181/73, EU:C:1974:41, punti 3 sa 6) dwar il-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ġreċja, iffirmat f’Ateni fid-9 ta’ Lulju 1961, konkluż f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 63/106/KEE, tal-25 ta’ Settembru 1961 (ĠU L 26, p. 293, iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Greċja”); Demirel (12/86, EU:C:1987:400, punt 7) dwar il-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat f’Ankara fit-12 ta’ Settembru 1963, konkluż f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10, iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija”); Andersson u Wåkerås-Andersson (C‑321/97, EU:C:1999:307, punti 26 u 27); Ospelt u Schlössle Weissenberg (C‑452/01, EU:C:2003:493, punt 27), kif ukoll Établissements Rimbaud (C‑72/09, EU:C:2010:645, punt 19) dwar il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, iffirmat fit-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-“Ftehim ŻEE”) u approvat bid-Deċiżjoni 94/1/KEFA, KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Diċembru 1993, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 19, p. 146).
( 6 ) Ara l-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, iffirmat f’Alġeri fis-26 ta’ April 1976 u approvat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2210/78, tas-26 ta’ Settembru 1978 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 13, p. 40), li kien is-suġġett ta’ analiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi Krid (C‑103/94, EU:C:1995:97) u Babahenini (C‑113/97, EU:C:1998:13).
( 7 ) Ara l-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk, iffirmat f’Rabat fis-27 ta’ April 1976 u approvat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2211/78, tas-26 ta’ Settembru 1978 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 13, p. 155) issostitwit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-26 ta’ Frar 1996 u approvat f’isem l-imsemmija Komunitajiet bid-Deċiżjoni 2000/204/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 175). Dawn il-ftehimiet kienu s-suġġett ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi Eddline El-Yassini (C‑416/96, EU:C:1999:107) u Mesbah (C‑179/98, EU:C:1999:549), kif ukoll għad-digrieti Echouikh (C‑336/05, EU:C:2006:394) u El Youssfi (C‑276/06, EU:C:2007:215).
( 8 ) Ara l-Ftehim ewro-mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, mill-parti ’l oħra, iffirmat fi Brussell, fl-20 ta’ Novembru 1995 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 55, p. 167), kif ukoll il-Ftehim ta’ assoċjazzjoni interim ewro-mediterranju dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità‘ ewropea minn naħa waħda, u l-Organiżazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorita’ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-medda ta’ Gaża, minn naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Frar 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 124). Dawn il-ftehimiet kienu s-suġġett ta’ talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża li wasslet għas-sentenza Brita (C‑386/08, EU:C:2010:91).
( 9 ) Il-Ftehim KE-Libanu diġà kien is-suġġett ta’ analiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li wasslet għad-digriet Mugraby vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑581/11 P, EU:C:2012:466), kif ukoll mill-Qorti Ġenerali fil-kawża li wasslet għad-digriet Mugraby vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (T‑292/09, EU:T:2011:418).
( 10 ) Ara l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2001, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE, tal-21 ta’ April 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 51, p. 304). Dan il-ftehim kien is-suġġett ta’ talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża li wasslet għas-sentenza Helm Düngemittel (C‑613/12, EU:C:2014:52).
( 11 ) Il-Ftehim KE-Tuneżija diġà kien is-suġġett ta’ talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża li wasslet għas-sentenza Gattoussi (C‑97/05, EU:C:2006:780) kif ukoll is-suġġett ta’ analiżi mill-Qorti Ġenerali fil-kawża li wasslet għas-sentenzi Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (T‑162/07, EU:T:2009:333) u ICF vs Il‑Kummissjoni (T‑406/08, EU:T:2013:322, punti 208 sa 214).
( 12 ) Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Greċja kien is-suġġett tat-talba għal deċiżjoni preliminari li wasslet għas-sentenza Haegeman (181/73, EU:C:1974:41).
( 13 ) Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija kien is-suġġett ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari fil-kawżi li wasslu għal diversi sentenzi, li l-iktar waħda sinjifikattiva minnhom hija s-sentenza Demirel (12/86, EU:C:1987:400).
( 14 ) Ara l-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Ungerija, min-naħa l-oħra, konkluż u approvat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni 93/742/Euratom, KEFA, KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Diċembru 1993 (ĠU L 347, p. 1). Dan il-ftehim kien is-suġġett ta’ analiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi Regione autonoma Friuli-Venezia Giulia u ERSA (C‑347/03, EU:C:2005:285); Sfakianakis (C‑23/04 sa C‑25/04, EU:C:2006:92); Agrover (C‑173/06, EU:C:2007:612), kif ukoll għad-digriet Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova (C‑505/06, EU:C:2007:768).
( 15 ) Ara l-Ftehim dwar sħubija u l-koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, iffirmat f’Korfu fl-24 ta’ Ġunju 1994 u approvat f’isem il-Komunitajiet bid-Deċiżjoni 97/800/KEFA, KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ottubru 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 356). Dan il-ftehim kien is-suġġett ta’ analiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li wasslet għas-sentenza Simutenkov (C‑265/03, EU:C:2005:213).
( 16 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Andersson u Wåkerås-Andersson (C‑321/97, EU:C:1999:307); Salzmann (C‑300/01, EU:C:2003:283); Ospelt u Schlössle Weissenberg (C‑452/01, EU:C:2003:493); Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt (C‑157/07, EU:C:2008:588); Établissements Rimbaud (C‑72/09, EU:C:2010:645), kif ukoll id-digriet projektart et (C‑476/10, EU:C:2011:422).
( 17 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑522/04, EU:C:2007:405); Il‑Kummissjoni vs L-Olanda (C‑521/07, EU:C:2009:360); Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall (C‑267/09, EU:C:2011:273), kif ukoll Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C‑284/09, EU:C:2011:670).
( 18 ) Sentenza Établissements Rimbaud (C‑72/09, EU:C:2010:645, punt 21). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Ospelt u Schlössle Weissenberg (C‑452/01, EU:C:2003:493, punti 28 u 32); Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑522/04, EU:C:2007:405, punt 44), u Il‑Kummissjoni vs L-Olanda (C‑521/07, EU:C:2009:360, punt 33), kif ukoll id-digriet projektart et (C‑476/10, EU:C:2011:422, punti 34 u 35).
( 19 ) Sentenza Intertanko et (C‑308/06, EU:C:2008:312, punt 42). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C‑61/94, EU:C:1996:313, punt 52); Algemene Scheeps Agentuur Dordrecht (C‑311/04, EU:C:2006:23, punt 25), kif ukoll IATA u ELFAA (C‑344/04, EU:C:2006:10, punt 35).
( 20 ) Sentenza Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑402/05 P u C‑415/05 P, EU:C:2008:461, punti 285 u 308).
( 21 ) Rousseau, C., “De la compatibilité des normes juridiques contradictoires dans l’ordre international”, Revue générale de droit international public, 1932, Vol. 39, p. 133 sa 136.
( 22 )
( 23 ) Skont l-Artikolu 53 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, “[h]uwa invalidu kull trattat li, meta jiġi konkluż, ikun f’kunflitt ma’ regola imperattiva tad-dritt internazzjonali ġenerali” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara wkoll, f’dan is-sens, l-Artikolu 53 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati bejn Stati u organizzazzjonijiet internazzjonali jew bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, konkluża fi Vjenna fil-21 ta’ Marzu 1986.
( 24 ) Ara, f’dan is-sens, Crawford, J., Brownlie’s Principles of Public International Law, it-8 edizzjoni, Oxford University Press, 2012, p. 22 u 23; Matz-Lück, N., “Conflicts between treaties” ippubblikat f’Berhardt, R., u Macalister-Smith, P., (ed.), Max Planck Encyclopedia of Public International Law, 2010, punti 4, 9 u 10, disponibbli fuq is-sit internet fl-indirizz li ġej: http://opil.ouplaw.com/view/10.1093/law:epil/9780199231690/law-9780199231690-e1485?rskey=uOhZpi&result=5&prd=EPIL.
( 25 ) Ara Kelsen, H., “Les rapports de système entre le droit interne et le droit international public”, 1926, Vol. IV, Recueil des cours de l’Académie de droit international, p. 231 u p. 267 sa 274.
( 26 ) Sentenza Eddline El-Yassini (C‑416/96, EU:C:1999:107, punt 29). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Kziber (C‑18/90, EU:C:1991:36, punt 21) u Gattoussi (C‑97/05, EU:C:2006:780, punt 27).
( 27 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza D. (C‑376/03, EU:C:2005:424, punti 58 sa 63) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “l-Artikoli [63 TFUE] u [65 TFUE] ma jmorrux kontra [ma jipprekludux] li regola prevista minn konvenzjoni bilaterali intiża sabiex tevita t-taxxa doppja […] ma tkunx […] estiża għar-residenti ta’ Stat membru mhux membru ta’ din il-Konvenzjoni” (punt 63). Huwa veru, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 55 ta’ dik is-sentenza, b’riferiment għall-punt 59 tas-sentenza Saint-Gobain ZN (C‑307/97, EU:C:1999:438), li “jeżistu sitwazzjonijiet fejn il-vantaġġi jew żvantaġġi ta’ konvenzjoni bilaterali jistgħu jilħqu resident ta’ Stat membru li m’għandux il-karatteristika ta’ membru ta’ din il-konvenzjoni”. Dan huwa l-każ “fir-rigward ta’ konvenzjoni preventiva ta’ taxxa doppja konkluża bejn Stat membru u pajjiż terz, il-prinċipju ta’ trattament nazzjonali jimponi lill-Istat membru li huwa membru ta’ din il-konvenzjoni li jagħti lill-istabbilimenti fissi ta’ kumpanniji mhux residenti l-vantaġġi previsti mill-konvenjzoni taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għal kumpaniji residenti” (punt 56). Madankollu, din ma hijiex is-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali.
( 28 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑110/02, EU:C:2003:667, punt 33); tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża St. Paul Dairy (C‑104/03, EU:C:2004:509, punt 61); tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Établissements Rimbaud (C‑72/09, EU:C:2010:235, punt 28); tal-Avukat Ġenerali Mazák fil-kawża Il‑Kummissjoni vs L-Italja (C‑565/08, EU:C:2010:403, punt 30); il-pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott Eżami mill-ġdid Il‑Kummissjoni vs Strack (C‑579/12 RX‑II, EU:C:2013:573, punt 48); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:246, punt 59), kif ukoll tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Ir-Renju Unit vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑507/13, EU:C:2014:2394, punt 59).
( 29 ) Ara wkoll, f’dan is-sens, l-Artikolu 30(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati bejn Stati u organizzazzjonijiet internazzjonali jew bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, konkluża fi Vjenna fil-21 ta’ Marzu 1986. Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 37 tas-sentenza Helm Düngemittel (C‑613/12, EU:C:2014:52), “[i]d-dritt internazzjonali tat-trattati kien ikkodifikat, essenzjalment, permezz tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna u […] r-regoli li jinsabu f’din il-konvenzjoni japplikaw għal ftehim konkluż bejn Stat u organizzazzjoni internazzjonali, bħall-Ftehim Ewro-Mediterranju mal-Eġittu, sa fejn dawn ir-regoli huma l-espressjoni tad-dritt internazzjonali ġenerali ta’ konswetudni”. Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Brita (C‑386/08, EU:C:2010:91, punti 40 u 41). Għalhekk, dawn ir-regoli “jorbtu lill-istituzzjonijiet [tal-Unjoni] u jagħmlu parti mis-sistema legali [tal-Unjoni]” (is-sentenza Brita, C‑386/08, EU:C:2010:91, punt 42).
( 30 ) Ir-regola stabbilita fl-Artikolu 30(3) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna ma timplikax li l-partijiet fiż-żewġ trattati għandhom ikunu identiċi. Għall-kuntrarju, bħalma tispjega l-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali fil-kummenti tagħha għall-abbozz ta’ artikoli dwar il-liġi tat-trattati (Direttorju tal-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali, 1966, Vol. II, p. 216), “[i]l-paragrafu 3 jistabbilixxi r-regola ġenerali applikabbli meta l-partijiet kollha fi trattat (bil-parteċipazzjoni ta’ Stati oħra jew mingħajra) sussegwentement jikkonkludu trattat li jirrigwarda l-istess suġġett” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (enfasi magħmula minni). Ara wkoll, f’dan is-sens, Pauwelyn, J., Conflict of Norms in Public International Law: How WTO Law Relates to other Rules of International Law, l-ewwel edizzjoni, Cambridge University Press, 2003, p. 381; Sadat-Akhavi, S.A., Methods of Resolving Conflicts Between Treaties, Martinus Nijhoff Publishers, Leiden/Boston, 2003, p. 62 u 63; Mus, J. B., “Conflicts between treaties in international law”, 1998, Vol. XLV, Netherlands International Law Review, p. 208, p. 219.
( 31 ) Artikolu 63(1) TFUE.
( 32 ) Ara l-Artikolu 73B KE mdaħħal fl-1992 mill-Artikolu G.15 TUE u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1994.
( 33 ) Ara l-punt 31 tas-sentenza Ospelt u Schlössle Weissenberg (C‑452/01, EU:C:2003:493) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “mill-1 ta’ Mejju 1995, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE fir-rigward tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, u fis-setturi koperti minnu, l-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw iktar l-Artikolu [64 TFUE] fir-rigward tal-Prinċipat tal-Liechtenstein. Għaldaqstant u għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni l-Gvern Awstrijak, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex teżamina, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, jekk ir-restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital bejn l-Awstrija u l-Liechtenstein li jirriżultaw mill-VGVG kinux essenzjalment diġà fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1993 u jekk, għalhekk, dawn setgħux jinżammu bl-applikazzjoni tal-istess artikolu”. Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Établissements Rimbaud (C‑72/09, EU:C:2010:645, punti 19 sa 22) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja applikat biss id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE.
( 34 ) L-ebda waħda mid-domandi tal-qorti tar-rinviju ma tirreferi għall-Artikolu 30 tal-Ftehim KE-Libanu. Peress li l-partijiet jirreferu għalih, jien qed inżidu biex nikkompleta l-analiżi.
( 35 ) Sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 89). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 36); Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen (C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 33), kif ukoll Accor (C‑310/09, EU:C:2011:581, punt 30).
( 36 ) Sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 99). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company (C‑190/12, EU:C:2014:249, punti 27 sa 30).
( 37 ) Sentenza Holböck (C‑157/05, EU:C:2007:297, punt 34). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774, punti 180 u 181) u Orange European Smallcap Fund (C‑194/06, EU:C:2008:289, punt 102).
( 38 ) Sentenza Holböck (C‑157/05, EU:C:2007:297, punt 35).
( 39 ) Salini Costruttori S.p.A. & Italstrade S.p.A. vs Ir-Renju tal-Marokk (ICSID Case No. ARB/00/4) Deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni mogħtija fit-23 ta’ Lulju 2001, 2002, Vol. 129 Journal du droit international, p. 196, punt 52. Diversi tribunali ta’ arbitraġġ adottaw din id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “investiment”. F’dan ir-rigward, ara l-ġurisprudenza ta’ arbitraġġ iċċitata minn Gaillard, E., “Identify or Define? Reflections on the Evolution of the Concept of Investment in ICSID Practice” f’Binder, C., Kriebaum, U., Reinisch, A., u Wittich, S., (ed), International Investment Law for the 21st Century: Essays in Honour of Christoph Schreuer, Oxford University Press, Oxford, 2009, p. 403, p. 411.
( 40 ) Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Gloszczuk (C‑63/99, EU:C:2001:488, punt 30); Wählergruppe Gemeinsam (C‑171/01, EU:C:2003:260, punt 53), kif ukoll Simutenkov (C‑265/03, EU:C:2005:213, punt 21).
( 41 ) Enfasi magħmula minni.
( 42 ) Enfasi magħmula minni.
( 43 ) Enfasi magħmula minni.
( 44 ) Sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 37). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 62) u Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen (C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 59).
( 45 ) Sentenza Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company (C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 39). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi A (C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 40); Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen (C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 50), kif ukoll Santander Asset Management SGIIC et (C‑338/11 sa C‑347/11, EU:C:2012:286, punt 15).
( 46 ) Sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑35/11, EU:C:2012:707, punt 38). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 72), kif ukoll Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen (C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 60).
( 47 ) Huwa meħtieġ li l-kumpannija benefiċjarja żżomm direttament sehem mill-kapital azzjonarju tal-kumpannija li tqassam id-dividendi ta’ mill-inqas 10 % jew b’valur ta’ mill-inqas EUR 20000000, u li din tibqa’ detentriċi għal mill-inqas sena.
( 48 ) Ara l-punt 95 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 49 ) Din id-direttiva tħassret u ġiet issostitwita mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 64, p. 1).
( 50 ) Għaliex il-moviment liberu tal-merkanzija ma huwiex ikkonċernat mit-tassazzjoni diretta.
( 51 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ELISA (C‑451/05, EU:C:2007:594, punti 91 sa 100) u Établissements Rimbaud (C‑72/09, EU:C:2010:645, punti 33 sa 51).
( 52 ) Ara wkoll, f’dan is-sens, l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati bejn Stati u organizzazzjonijiet internazzjonali jew bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, konkluża fi Vjenna fil-21 ta’ Marzu 1986, kif ukoll is-sentenzi Eddline El-Yassini (C‑416/96, EU:C:1999:107, punt 47) u Brita (C‑386/08, EU:C:2010:91, punt 43).
( 53 ) ICJ 1997, p. 7, punt 142.
( 54 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li ġustifikazzjoni ta’ restrizzjoni hija possibbli fuq il-bażi ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija. Ara, pereżempju, is-sentenzi Demir (C‑225/12, EU:C:2013:725, punt 40) u Dogan (C‑138/13, EU:C:2014:2066, punt 37).
( 55 ) Ara s-sentenza ICI (C‑264/96, EU:C:1998:370, punt 26).
( 56 ) Sentenza Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company (C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 84). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen (C‑436/08 u C‑437/08, EU:C:2011:61, punt 67).
( 57 ) Ara l-punt 103 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 58 ) Sentenza Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company (C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 84).
( 59 ) Sentenza Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company (C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 84).
( 60 ) Ara l-punti 85 sa 87 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 61 ) Sentenza Nicula (C‑331/13, EU:C:2014:2285, punt 27). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi San Giorgio (199/82, EU:C:1983:318, punt 12); Metallgesellschaft et (C‑397/98 u C‑410/98, EU:C:2001:134, punt 84); Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 202); Littlewoods Retail et (C‑591/10, EU:C:2012:478, punt 24), kif ukoll Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation (C‑362/12, EU:C:2013:834, punt 30).
( 62 ) Sentenza Nicula (C‑331/13, EU:C:2014:2285, punt 28). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Littlewoods Retail et (C‑591/10, EU:C:2012:478, punt 25), kif ukoll Irimie (C‑565/11, EU:C:2013:250, punt 21).
( 63 ) Ara s-sentenza Lady & Kid et (C‑398/09, EU:C:2011:540, punt 20).
( 64 ) Ara s-sentenza Irimie (C‑565/11, EU:C:2013:250, punt 23).
( 65 ) Sentenza Demirel (12/86, EU:C:1987:400, punt 7).
( 66 ) Sentenza Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company (C‑190/12, EU:C:2014:249, punt 48). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774, punt 192); Holböck (C‑157/05, EU:C:2007:297, punt 41), u A (C‑101/05, EU:C:2007:804, punt 49).