20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen – il-Belġju) – Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-578/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi fuq il-kumpanniji - Direttiva 90/435/KEE - Artikoli 1(2) u 4(2) - Kumpanniji parent u s-sussidjarji tal-Istati Membri differenti - Sistema komuni tat-tassazzjoni - Tnaqqis fuq id-dħul intaxxat tal-kumpannija parent - Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali - Raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta))

(2015/C 236/30)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV

Konvenuta: L-Istat Belġjan

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju), permezz tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2014, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 81, 9.03.2015.