|
1.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Royal Scandinavian Casino Århus I/S vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Betfair Group plc, Betfair International Ltd, European Gaming u Betting Association (EGBA)
(Kawża C-541/14 P P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għal annullament - ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Att li jikkonċerna individwalment lir-rikorrenti - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ eżekuzzjoni))
(2016/C 279/02)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Appellanti: Royal Scandinavian Casino Århus I/S (rappreżentant: B. Jacobi, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u M. P-J. Loewenthal, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. C. Thorning, aġent, assitit minn R. Holdgaard, avukat), Betfair Group plc, Betfair International Ltd, (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Pliego Selie u M. Groothuismink, avukati), European Gaming and Betting Association (EGBA) (rappreżentanti: J. Heithecker, C.-D. Ehlermann u J. Ylinen, avukati)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Royal Scandinavian Casino Århus I/S hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
3) |
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |