28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Castellón) – Spanja – Juan Carlos Sánchez Morcillo, María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

(Kawża C-539/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 93/13 KEE - Artikolu 7 - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 47 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki - Dritt ta’ appell))

(2015/C 320/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Castellón

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Carlos Sánchez Morcillo, María del Carmen Abril García

Konvenuta: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema il-konsumatur, bħala debitur suġġett għall-eżekuzzjoni f’proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki, jista’ jippreżenta appel mid-deċiżjoni li tiċħad l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni biss meta l-qorti tal-ewwel istanza ma tkunx laqgħet ir-raġuni ta’ oppożizzjoni bbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tikkostitwixxi l-bażi tat-titolu eżekuttiv, anki jekk il-bejjiegħ jew fornitur jista’, min-naħa l-oħra, jappella kull deċiżjoni li tordna li ttemm il-proċedura, indipendentement mir-raġuni ta’ oppożizzjoni li tibbaża ruħha.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2015.