1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-530/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Casinos Griegi - Sistema li tipprevedi imposta ta’ 80 % fuq it-tariffi tad-dħul ta’ ammonti differenti - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

(2016/C 038/21)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P. J. Loewenthal, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u P. Mylonopoulos, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 26, 26.1.2015.