|
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/13 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Torino – l-Italja) – Proċeduri kriminali kontra Stefano Burzio
(Kawża C-497/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - LeġiżLazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi f’ras il-għajn - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta))
(2015/C 213/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Torino
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Stefano Burzio
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 2014.