25.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Bari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Nicola Seminario

(Kawża C-437/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regolamenti tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema tal-konċessjonijiet permezz ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi - Sejħa għal offerti ġdida - Konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak tal-konċessjonijiet l-antiki - Trasferiment b’titolu gratwit tal-użu tal-oġġetti materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob - Restrizzjoni - Raġunijiet impellanti ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2016/C 270/08)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Nicola Seminario

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida marbuta ma’ konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.

2)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-konċessjonarju tal-logħob tal-ażżard li jittrasferixxi b’titolu gratwit, fil-mument tat-terminazzjoni tal-attività dovuta għall-iskadenza tal-perijodu ta’ konċessjoni, l-użu ta’ oġġetti materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan effettivament segwit minn din id-dispożizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.