28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Basic AG Lebensmittelhandel vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Repsol YPF, SA

(Kawża C-400/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva Komunitarja - Element verbali “basic” - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti - Element verbali “BASIC” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Kunċetti ta’ “servizzi ta’ distribuzzjoni” u ta’ “servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingorssa” - Portata))

(2015/C 320/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Basic AG Lebensmittelhandel (rappreżentanti: D. Altenburg u T. Haug, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent), Repsol YPF, SA (rappreżentanti: J.-B. Devaureix, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Basic AG Lebensmittelhandel hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014