28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 – Adler Modemärkte AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Blufin SpA

(Kawża C-343/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali MARINE BLEU - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali BLUMARINE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Paragun kunċettwali))

(2015/C 320/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (rappreżentant: J.-C. Plate, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent), Blufin (rappreżentanti: F. Caricato u F. Cicogna, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Adler Modemärkte AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 06.10.2014.