25.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Daniela Tomassi (C-210/14), Massimiliano Di Adamo (C-211/14), Andrea De Ciantis (C-212/14), Romina Biolzi (C-213/14), Giuseppe Proia (C-214/14)
(Kawżi magħquda C-210/14 sa C-214/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema tal-konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għal offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul iqsar minn dak tal-konċessjonijiet l-antiki - Trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))
(2016/C 270/03)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali
Daniela Tomassi (C-210/14), Massimiliano Di Adamo (C-211/14), Andrea De Ciantis (C-212/14), Romina Biolzi (C-213/14), Giuseppe Proia (C-214/14)
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul iqsar minn dak tal-konċessjonijiiet mogħtija qabel minħabba organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet. |
2) |
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-konċessjonarju ta’ logħob tal-ażżard li, fi tmiem l-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu ta’ konċessjoni, jittrasferixxi bla ħlas l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri, sakemm din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan li din id-dispożizzjoni effettivament tfittex li tilħaq, ċirkustanza li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |