|
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija – János Kárász vs Nyugdíjfolyósító Igazgatóság
(Kawża C-199/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2014/C 431/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: János Kárász
Konvenut: Nyugdíjfolyósító Igazgatóság
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Fővárosi közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2014.