28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – “Itales” OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-123/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Il-kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija” - Kundizzjonijiet għall-eżistenza ta’ provvista ta’ merkanzija - Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-merkanzija mill-fornitur dirett))

(2015/C 320/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Itales” OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia, Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika“ Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, dwar id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-awtorità fiskali ta’ Stat Membru li tikkunsidra li provvista ta’ merkanzija ma twettqitx, li jostakola li t-taxxa fuq il-valur miżjud mħallsa matul dan l-akkwist tista’ titnaqqas mix-xerrej, peress li dan tal-aħħar la wera l-oriġini tal-merkanzija kkonċernata u lanqas li kienet fil-pussess tal-fornitur tiegħu, filwaqt li din l-awtorità ma stabbilixxietx li dan ix-xerrej ipparteċipa fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud u kien jaf jew kellu jkun jaf li t-tranżazzjoni inkwistjoni kienet implikata f’tali frodi.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.