28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Miranda de Ebro – Spanja) – Banco Grupo Cajatres SA vs María Mercedes Manjón Pinilla, Comunidad Hereditaria formada al fallecimiento de D. M. A. Viana Gordejuela

(Kawża C-90/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt konkluż bejn professjonist u konsumatur - Kuntratt ipotekarju - Klawżola ta’ interessi moratorji - Klawżola ta’ rimbors antiċipat - Proċedura ta’ sekwestru kawtelatorju ipotekarju - Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi - Setgħa tal-qorti nazzjonali))

(2015/C 320/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Miranda de Ebro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Grupo Cajatres SA

Konvenuti: María Mercedes Manjón Pinilla, Comunidad Hereditaria formada al fallecimiento de D. M. A. Viana Gordejuela

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt li jaqgħu taħt din id-direttiva timponilha li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt kkonċernat billi tirreferi, għad-data tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, fiċ-ċirkustanzi kollha relatati magħha.

2)

L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu moderazzjonijiet tal-interessi moratorji fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali:

ma jippreġudikawx l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali adita b’proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja tal-imsemmi kuntratt tan-natura “inġusta” tal-klawżola relatata mal-interessi moratorji, u

ma jostakolawx li din il-qorti tiċħad l-imsemmija klawżola jekk għandha tikkonkludi n-natura “inġusta” tagħha, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.