4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Aosta – l-Italja) – Equitalia Nord SpA vs CLR di Camelliti Serafino & C. Snc

(Kawża C-68/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 106 TFUE u 107 TFUE - Kompetizzjoni - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Użu ta’ proprjetà immobbli għal finijiet istituzzjonali - Tnaqqis tal-kera - Kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Neċessita li tingħata risposta għad-domandi preliminari - Assenza ta’ informazzjoni - Inammissibbiltà manifesta))

(2015/C 146/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Aosta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Equitalia Nord SpA

Konvenuta: CLR di Camelliti Serafino & C. Snc

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Aosta (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2013, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.