12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov

(Kawża C-614/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari - Regola nazzjonali li tipprevedi l-astensjoni tal-qorti nazzjonali talli tkun esprimiet opinjoni provviżorja fit-talba għal deċiżjoni preliminari meta kkonstatat il-kuntest fattwali u ġuridiku - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u Artikolu 48(1)))

(2016/C 335/10)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Atanas Ognyanov

fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 267 TFUE u 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, moqrija fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali interpretata b’mod li tobbliga lill-qorti tar-rinviju tastjeni mill-kawża pendenti għar-raġuni li, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, hija tkun esponiet il-kuntest fattwali u ġuridiku ta’ din il-kawża.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 267 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li la jeżiġi u lanqas jipprojbixxi li, wara li tingħata s-sentenza fi proċedura għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tisma’ lill-partijiet mill-ġdid u tadotta miżuri istruttorji ġodda li jistgħu jwassluha sabiex temenda l-konstatazzjonijiet fattwali u ġuridiċi li hija tkun għamlet fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari, bil-kundizzjoni li dik il-qorti tagħti effett sħiħ lill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti tar-rinviju tapplika regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li titqies li tmur kontra dan id-dritt.


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015.