18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) - ir-Renju Unit) – Bookit, Ltd vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-607/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjoni - Artikolu 135(1)(d) - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-ħlasijiet u t-trasferimenti - Kunċett - Xiri permezz tat-telefon jew fuq l-internet tal-biljetti taċ-ċinema - Ħlas permezz ta’ karta ta’ debitu jew karta ta’ kreditu - Servizzi magħrufa bħala “pproċessar tal-ħlas bil-karta”))

(2016/C 260/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bookit, Ltd

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li hemm prevista fih għat-tranżazzjonijiet dwar il-ħlasijiet u t-trasferimenti ma tapplikax għal servizz magħruf bħala “pproċessar tal-ħlas bil-karta ta’ debitu jew bil-karta ta’ kreditu”, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija mill-persuna taxxabbli, fornitur ta’ dan is-servizz, meta persuna tixtri, permezz ta’ dan il-fornitur, biljett taċ-ċinema li jbigħ għan-nom u f’isem entità oħra, li din il-persuna tħallas permezz ta’ karta ta’ debitu jew permezz ta’ karta ta’ kreditu.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.