12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-600/14) (1)

((Rikors għal annullament - Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 216(1) TFUE - Artikolu 218(9) TFUE - Stabbiliment tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit minn ftehim internazzjonali - Kumitat ta’ Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) - Emenda tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u tal-appendiċijiet tagħha - Kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha - Kompetenza esterna tal-Unjoni f’qasam li fih l-Unjoni, sa dak iż-żmien, ma tkunx adottat regoli komuni - Validità tad-Deċiżjoni 2014/699/UE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali))

(2018/C 052/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas, G. de Bergues u M. Hours, aġenti, sussegwentement minn D. Colas u M.-L. Kitamura, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie, M. Holt u D. Robertson, aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, Z. Kupčová u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, W. Mölls u J. Hottiaux, aġenti)

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3.

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.