12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Genentech Inc. vs Hoechst GmbH, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

(Kawża C-567/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ liċenzja mhux esklużiva - Privattiva - Assenza ta’ vjolazzjoni - Obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa))

(2016/C 335/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Genentech Inc.

Konvenuti: Hoechst GmbH, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, skont ftehim ta’ liċenzja bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq il-persuna liċenzjata li tħallas tariffa għall-użu ta’ teknoloġija bi privattiva matul il-perijodu kollu tal-perijodu effettiv ta’ dan il-ftehim, f’każ ta’ annullament jew ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattiva taħt liċenzja, peress li l-persuna liċenzjata setgħet liberament tirrevoka l-imsemmi ftehim permezz ta’ avviż raġonevoli.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.