|
13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Mimoun Khachab vs Subdelegación del Gobierno en Álava
(Kawża C-558/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 7(1)(ċ) - Riunifikazzjoni tal-familja - Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm ir-riżorsi tiegħu - Kompatibbiltà))
(2016/C 211/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mimoun Khachab
Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Álava
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jibbażaw ir-rifjut ta’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja fuq evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm, jew le, ir-riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti sabiex iżomm lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat Membru, matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, meta din l-evalwazzjoni tkun bbażata fuq l-iżvilupp tad-dħul tal-isponsor matul is-sitt xhur preċedenti għal din id-data.