8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Canon Europa NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-552/14 P) (1)

((Appell - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Regolament (UE) Nru 861/2010 - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Att leġiżlattiv li ma jinkludix fih miżuri ta’ implementazzjoni - Rilaxx tal-merkanzija u komunikazzjoni tal-ammont tad-dazji - Użu ta’ proċeduri ssimplifikati jew ta’ proċessi informatiċi))

(2016/C 048/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Canon Europa NV (rappreżentanti: P. De Baere, avukat, P. Muñiz, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Canon Europa NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 09.02.2015.