4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 [talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit] – The Queen, Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Ltd, British American Tobacco UK Limited vs Secretary of State for Health

(Kawża C-547/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikoli 7, 18 u 24(2) u (3) - Artikoli 8(3), 9(3), 10(1)(a), (c), u (g), 13 u 14 - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Validità - Bażi legali - Artikolu 114 TFUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Drittijiet fundamentali tal-Unjoni - Libertà ta’ espressjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11])

(2016/C 243/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Ltd, British American Tobacco UK Limited

Konvenuta: Secretary of State for Health

fil-preżenza ta’: Imperial Tobacco Ltd, JT International SA, Gallaher Ltd, Tann UK Ltd, Tannpapier GmbH, V. Mane Fils, Deutsche Benkert GmbH & Co. KG, Benkert UK Ltd, Joh. Wilh. von Eicken GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu iktar rekwiżiti f’dak li jikkonċerna l-aspetti tal-pakketti tal-prodotti tat-tabakk li ma jkunux armonizzati minn din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li jiġi pprojbit fuq l-ittikkettjar ta’ pakkett individwali, fuq l-ippakkjar estern, kif ukoll fuq il-prodotti tat-tabakk innifishom, it-tqegħid ta’ informazzjoni li hija s-suġġett ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk din tkun fattwalment eżatta.

3)

L-eżami tad-domandi preliminari mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) [qorti tal-ġustizzja għolja (l-Ingilterra u Wales), taqsima tal-qorti tar-Reġina (qorti amministrattiva)] ma żvela ebda element ta’ natura tali li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikoli 7, 18 u 24(2) u (3) tad-Direttiva 2014/40, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet fit-Titolu II, Kapitolu II ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 56, 16.2.2015.