4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-528/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Regolament (KE) Nru 1186/2009 - Artikolu 3 - Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Proprjetà personali - Trasferiment ta’ residenza minn pajjiż terz għal Stat Membru - Kunċett ta’ “residenza normali” - Impossibbiltà li wieħed ikollu fl-istess ħin residenza normali fi Stat Membru u f’pajjiż terz - Kriterji ta’ determinazzjoni tal-post ta’ residenza normali))

(2016/C 243/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, persuna fiżika ma jistax ikollha, fl-istess ħin, residenza normali kemm fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz.

2)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna kkonċernata għandha kemm rabtiet personali kif ukoll rabtiet professjonali f’pajjiż terz u rabtiet personali fi Stat Membru, sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-residenza normali tal-persuna kkonċernata, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1186/2009, tinsabx fil-pajjiż terz, għandu jingħata importanza partikolari, matul l-evalwazzjoni globali tal-punti ta’ fatt rilevanti, lit-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata f’dan il-pajjiż.


(1)  ĠU C 56, 16.02.2015.