19.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ustavno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Tadej Kotnik et vs Državni zbor Republike Slovenije

(Kawża C-526/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Validità u interpretazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-banek - Interpretazzjoni tad-Direttivi 2001/24/KE u 2012/30/UE - Għajnuna mill-Istat lill-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja - Qsim tal-piżijiet - Likwidazzjoni tal-kapital tal-azzjonisti, ta’ kapital ibridu u ta’ dejn subordinat - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Dritt ta’ proprjetà - Protezzjoni tal-interessi ta’ membri u ta’ terzi - Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu))

(2016/C 343/04)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Ustavno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tadej Kotnik, Marko Studen, Anton Glavan, Jože Sedonja, Primož Kozmus, Savaprojekt d.d., Fondazione cassa di risparmio di Imola, Andrej Pipuš, Dušanka Pipuš, Marija Pipuš, Tomaž Štrukelj, Luka Jukič, Angel Jaromil, Franc Marušič, Mladen Mladenić, Matjaž Matičič, Stajka Skrbinšek, Janez Forte, Zdenko Fritz, Sergej Garantini, Marijana Gošte, Marta Leskovar, Marija Šumi, Državni svet Republike Slovenije, Varuh človekovih pravic Republike Slovenije, Igor Karlovšek, Marija Karlovšek, Janez Gosar

Konvenut: Državni zbor Republike Slovenije

Fil-preżenza ta’: Vlada Republike Slovenije, Banka Slovenije, Okrožno sodišče v Ljubljani

Dispożittiv

1)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, ta’ regoli dwar għajnuna mill-Istat biex isostni l-miżuri favur banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Il-Komunikazzjoni dwar il-banek”) għandha tiġi interpretata fis-sens li ma għandhiex effett vinkolanti fir-rigward tal-Istati Membri.

2)

L-Artikoli 107 u 109 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-punti 40 sa 46 tal-Komunikazzjoni dwar il-banek sa fejn l-imsemmija punti jipprovdu għal kundizzjoni ta’ qsim tal-piżijiet bejn l-azzjonisti u d-detenturi ta’ dejn subordinat bil-għan tal-approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

3)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u d-dritt ta’ proprjetà għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-punti 40 sa 46 tal-Komunikazzjoni dwar il-banek sa fejn l-imsemmija punti jipprovdu għal kundizzjoni ta’ qsim tal-ispejjeż bejn l-azzjonisti u d-detenturi ta’ dejn subordinat bil-għan tal-approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

4)

L-Artikoli 29, 34, 35 u 40 sa 42 tad-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-punti 40 sa 46 tal-Komunikazzjoni dwar il-banek sa fejn l-imsemmija punti jipprovdu għal kundizzjoni ta’ qsim tal-piżijiet bejn l-azzjonisti u d-detenturi ta’ dejn subordinat bil-għan tal-approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

5)

Il-Komunikazzjoni dwar il-banek għandha tiġi interpretata fis-sens li l-miżuri ta’ konverżjoni jew ta’ tnaqqis fil-valur tal-kapital ibridu u tad-dejn subordinat, kif previsti fil-punt 44 ta’ din il-komunikazzjoni, ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kapital tal-bank ikkonċernat.

6)

Is-seba’ inċiż tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ April 2001, fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “miżuri ta’ riorganizzazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-miżuri ta’ qsim tal-piżijiet kif previsti fil-punti 40 sa 46 tal-Komunikazzjoni dwar il-banek.


(1)  ĠU C ##, ##.