20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Hansestadt Lübeck, aventi kawża ta’ Flughafen Lübeck GmbH

(Kawża C-524/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Tariffi tal-ajruport - Artikolu 108(2) TFUE - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Ammissibbiltà tar-rikors għal annullament - Persuna kkonċernata individwalment - Interess ġuridiku - Artikolu 107(1) TFUE - Kundizzjoni dwar is-selettività))

(2017/C 053/03)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, R. Sauer u V. Di Bucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Hansestadt Lübeck, aventi kawża ta’ Flughafen Lübeck GmbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller u I. Ruck, Rechtsanwälte)

Intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Hansestadt Lübeck.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.