13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Sparkasse Allgäu vs Finanzamt Kempten
(Kawża C-522/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinformaw lill-awtoritajiet fiskali dwar l-attiv ta’ klijenti de cujus, għal għanijiet tal-ġbir tat-taxxa tas-suċċessjoni - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għall-friegħi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fejn is-sigriet bankarju jipprekludi, fil-prinċipju, tali komunikazzjoni))
(2016/C 211/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sparkasse Allgäu
Konvenut: Finanzamt Kempten
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru li jikkomunikaw lill-awtoritajiet nazzjonali l-attiv miżmum jew ġestit fl-imsemmija friegħi mhux indipendenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor, fil-każ tal-mewt tal-proprjetarju ta’ dan l-attiv li jirrisjedi fl-ewwel Stat Membru, meta t-tieni Stat Membru ma jipprevedix obbligu ta’ komunikazzjoni paragunabbli u meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma suġġetti għal sigriet bankarju protett b’sanzjonijiet kriminali.