|
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugal) – Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-516/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 178(a) - Dritt għal tnaqqis - Modalitajiet ta’ eżerċizzju - Artikolu 226(6) u (7) - Kontenut li obbligatorjament għandu jidher fuq il-fattura - Portata u natura tas-servizzi pprovduti - Data li fiha twettqet il-provvista ta’ servizzi))
(2016/C 419/06)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA
Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
L-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatturi li jinkludu biss il-kliem “servizzi legali pprovduti minn [data speċifika] sa llum”, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma humiex konformi, a priori, mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 226(6) u li fatturi li jinkludu biss il-kliem “servizzi legali pprovduti sa llum” ma huma, a priori, la konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 226(6) u lanqas ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 226(7), li huwa madankollu għall-qorti tar-rinviju li tivverifika.
L-Artikolu 178(a) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-awtoritajiet fiskali nazzjonali milli jkunu jistgħu jirrifjutaw id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud għas-sempliċi raġuni li l-persuna taxxabbli għandha fattura li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mitluba mill-Artikolu 226(6) u (7) ta’ din id-direttiva, meta dawn l-awtoritajiet għandhom l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet sostantivi dwar dan l-eżerċizzju ta’ dritt humiex issodisfatti.