13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest, Inter-Energa et

(Kawża C-492/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjonijiet reġjonali li jimponu d-distribuzzjoni bla ħlas, fin-netwerks li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat, tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu - Distinzjoni skont l-oriġini tal-elettriku aħdar - Artikoli 28 u 30 KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 2001/77/KE - Artikoli 3 u 4 - Mekkaniżmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra - Direttiva 2003/54/KE - Artikoli 3 u 20 - Direttiva 96/92/KE - Artikoli 3 u 16 - Suq intern tal-elettriku - Aċċess għan-netwerks ta’ distribuzzjoni b’kundizzjonijiet tariffarji nondiskriminatorji - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Nuqqas ta’ proporzjonalità))

(2017/C 046/02)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Essent Belgium NV

Konvenuti: Vlaams Gewest, Inter-Energa, IVEG, Infrax West, Provinciale Brabantse Energiemaatschappij CVBA (PBE), Vlaamse Regulator van de Electriciteits- en Gasmarkt (VREG)

Fil-preżenza ta’: Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening Antwerpen (IMEA), Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening in West- en Oost-Vlaanderen (IMEWO), Intercommunale Vereniging voor Energielevering in Midden-Vlaanderen (Intergem), Intercommunale Vereniging voor de Energiedistributie in de Kempen en het Antwerpse (IVEKA), Iverlek, Gaselwest CVBA, Sibelgas CVBA

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 u 30 KE kif ukoll tal-Artikolu 3(2) u (8), u tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, tal-Artikolu 3(2) u (3), u tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern ta’ l-elettriku, u tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjonijiet bħall-Besluit van de Vlaamse regering tot wijziging van het besluit van de Vlaamse regering van 28 september 2001 (deċizjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen li temenda d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen tat-28 ta’ Settembru 2001), tal-4 ta’ April 2003, u l-Besluit van de Vlaamse regering inzake de bevordering van elektriciteitsopwekking uit hernieuwbare energiebronnen (deċiżjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen li tiffavorixxi l-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu), tal-5 ta’ Marzu 2004, li jimponu sistema ta’ distribuzzjoni bla ħlas tal-elettriku aħdar fin-netwerks ta’ distribuzzjoni li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat filwaqt li jillimitaw il-benefiċċju ta’ din is-sistema, fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni, biss għall-elettriku aħdar alimentat direttament minn impjanti ta’ produzzjoni fl-imsemmija netwerks ta’ distribuzzjoni u, fir-rigward tat-tieni deċiżjoni, biss għall-elettriku aħdar alimentat direttament minn tali impjanti ta’ produzzjoni f’netwerks ta’ distribuzzjoni li jinstabu fl-Istat Membru li jagħmel parti minnu l-imsemmi reġjun.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.