23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) – ir-Renju Unit) – A vs B

(Kawża C-489/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Lis alibi pendens - Artikoli 16 u 19(1) u (3) - Proċedura għal separazzjoni legali fl-ewwel Stat Membru u proċedura għal divorzju fit-tieni Stat Membru - Ġurisdizzjoni tal-qorti adita l-ewwel - Kunċett ta’ ġurisdizzjoni ‘stabbilita’ - Skadenza tal-ewwel proċedura u preżentata ta’ proċedura ġdida għal divorzju fl-ewwel Stat Membru - Konsegwenzi - Differenza fil-ħin bejn l-Istati Membri - Effetti fuq il-proċedura ta’ tressiq ta’ kawża quddiem qorti))

(2015/C 389/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A

Konvenut: B

Dispożittiv

Fir-rigward ta’ proċeduri għal separazzjoni legali u għal divorzju mibdija bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ żewġ Stati Membri, l-Artikolu 19(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-proċedura quddiem il-qorti adita l-ewwel fl-ewwel Stat Membru tiskadi wara li l-kawża titressaq quddiem it-tieni qorti fit-tieni Stat Membru, il-kriterji ta’ lis alibi pendens ma jibqgħux issodisfatti u, għaldaqstant, il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita l-ewwel għandha titqies li ma hijiex stabbilita.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.