21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-468/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/37/KE - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Artikoli 2(4) u 8 - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tat-tabakki għall-użu orali - “Snus” (tabakk li wieħed isoff) sfuż))

(2015/C 311/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u M. Clausen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u M. Wolff, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi kompla jawtorizza l-bejgħ tas-“snus” (tabakk li wieħed isoff) sfuż, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 2(4) u 8 tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk.

2)

Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.