|
14.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Vorarlberger Gebietskrankenkasse, Alfred Knauer vs Landeshauptmann von Vorarlberg
(Kawża C-453/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 5 - Kunċett ta’ “benefiċċji ekwivalenti” - Assimilazzjoni tal-benefiċċji tax-xjuħija ta’ żewġ Stati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tax-xjuħija riċevuti fi Stati Membri oħra għall-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet soċjali))
(2016/C 098/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vorarlberger Gebietskrankenkasse, Alfred Knauer
Konvenut: Landeshauptmann von Vorarlberg
fil-preżenza ta’: Rudolf Mathis
Dispożittiv
L-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, benefiċċji tax-xjuħija mħallsa minn skema ta’ pensjoni professjonali ta’ Stat Membru u dawk imħallsa minn skema ta’ pensjoni legali ta’ Stat Membru ieħor, liema skemi t-tnejn li huma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess regolament, jikkostitwixxu benefiċċji ekwivalenti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta ż-żewġ kategoriji ta’ benefiċċji jfittxu l-istess għan li jiżguraw lill-benefiċjarji tagħhom iż-żamma ta’ livell tal-għajxien meta mqabbel ma’ dak li dawn tal-aħħar kellhom qabel irtiraw.