|
8.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna vs Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu
(Kawża C-418/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dazji tas-sisa - Direttiva 2003/96/KE - Rata tas-sisa differenti għall-karburanti u għall-kombustibbli - Kundizzjoni ta’ applikazzjoni tar-rata għall-kombustibbli - Preżentazzjoni ta’ sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li skonthom il-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin - Applikazzjoni tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti fil-każ ta’ assenza ta’ preżentazzjoni ta’ dan is-sommarju - Prinċipju ta’ proporzjonalità))
(2016/C 287/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna
Konvenut: Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-29 ta’ April 2004, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
— |
dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-bejjiegħa ta’ kombustibbli huma obbligati jippreżentaw, f’terminu stabbilit, sommarju ta’ kull xahar tad-dikjarazzjonijiet tax-xerrejja li jindikaw li l-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin u |
|
— |
dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, fin-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ tali sommarju fit-terminu stabbilit, ir-rata tas-sisa prevista għall-karburanti għandha tiġi applikata għall-kombustibbli mibjugħ, minkejja li jkun ġie kkonstatat li ma hemm l-ebda dubju dwar l-użu intiż ta’ dan il-prodott għal finijiet ta’ tisħin. |