3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Aliny Wojciechowski vs Office national des pensions (ONP)

(Kawża C-408/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Uffiċjal irtirat tal-Unjoni Ewropea li, qabel id-dħul tiegħu fil-kariga, ikun eżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru li fih huwa assenjat - Dritt għall-pensjoni skont l-iskema nazzjonali ta’ pensjoni tal-ħaddiema impjegati - Unità tal-karriera - Rifjut li titħallas il-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem impjegat - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali))

(2015/C 363/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aliny Wojciechowski

Konvenuta: Office national des pensions (ONP)

Dispożittiv

L-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-komunitajiet, u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni, kif emendat permezz tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tista’ twassal għat-tnaqqis jew għar-rifjut tal-pensjoni tal-irtirar dovuta lil ħaddiem impjegat, ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, abbażi tas-servizz li huwa wettaq skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-istess Stat Membru, meta t-total tas-snin ta’ karriera mwettqa minn dan il-ħaddiem inkwantu impjegat fl-imsemmi Stat Membru u inkwantu uffiċjal tal-Unjoni Ewropea assenjat f’dan l-istess Stat Membru jaqbeż l-unità ta’ karriera ta’ 45 sena previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni, sa fejn, minħabba l-metodu għall-kalkolu tal-porzjon li jirrappreżenta l-valur tal-pensjoni li għandha titħallas mill-Unjoni Ewropea, tali tnaqqis jirriżulta ikbar minn dak li kien ikun applikat kieku l-karriera kollha tal-imsemmi ħaddiem tkun ġiet imwettqa bħala impjegat fl-Istat Membru inkwistjoni.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014.