30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-317/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Moviment liberu tal-ħaddiema - Aċċess għall - impjiegi - Servizz pubbliku lokali - Konoxxenzi lingwistiċi - Modalità ta’ prova))

(2015/C 107/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Martin, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, J. Van Holm u M. Jacobs, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi rrikjeda mill-kandidati għall-postijiet fid-dipartimenti lokali stabbiliti fir-reġjuni tal-lingwa Franċiża jew tal-lingwa Ġermaniża, li fir-rigward tagħhom ma jkunx jirriżulta mid-diplomi jew miċ-ċertifikati rikjesti li huma segwew it-tagħlim bil-lingwa kkonċernata, li huma jipproduċu l-prova tal-konoxxenzi lingwistiċi tagħhom permezz ta’ tip wieħed ta’ ċertifikat, maħruġ esklużivament minn organu uffiċjali Belġjan wieħed wara eżami organizzat minn dan l-organu fit-territorju Belġjan, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 45 TFUE u r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.