25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – Il-Finlandja) – Sanoma Media Finland Oy – Nelonen Media vs Viestintävirasto

(Kawża C-314/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2010/13/UE - Artikolu 19(1) - Separazzjoni bejn ir-reklamar televiżiv u l-programmi - Diviżjoni tal-iskrin - Artikolu 23(1) u (2) - Limitu fiż-żmien ta’ xandir ta’ reklamar televiżiv għal 20 % għal kull siegħa tal-arloġġ - Avviżi sponsorizzati - Referenzi oħrajn għal sponsor - “Sekondi suwed”))

(2016/C 145/08)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sanoma Media Finland Oy – Nelonen Media

Konvenuti: Viestintävirasto

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-“Servizzi tal-Media awdjoviżiva”) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li skrin diviż li juri l-lista ġenerika ta’ tmiem ta’ programm televiżiv f’kolonna u menu ta’ preżentazzjoni tal-programmi segwenti tal-fornitur fl-oħra, sabiex jissepara l-programm li jintemm mis-sekwenza ta’ reklamar televiżiv li jsegwih, ma jkunx neċessarjament ikkombinat ma’, jew segwit, b’sinjal akustiku jew ottiku, bil-kundizzjoni li tali metodu ta’ separazzjoni jkun jissodisfa, waħdu, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel frażi ta’ dan l-Artikolu 19(1), liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2010/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li sinjali ta’ sponsorizzazzjoni ppreżentati fi programmi differenti mill-programm sponsorizzat, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom ikunu inklużi fiż-żmien massimu ta’ xandir ta’ reklamar f’siegħa tal-arloġġ iffissat fl-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2010/13 għandu jiġi interpretat, fil-każ fejn Stat Membru ma jkunx uża l-fakultà li jistabbilixxi regola iktar stretta minn dik stabbilita minn dan l-Artikolu, fis-sens li mhux biss ma jipprekludix li “sekondi suwed” li jiddaħħlu bejn id-diversi spots ta’ sekwenza ta’ reklamar televiżiv jew bejn din is-sekwenza u l-programm televiżiv li jsegwiha jkunu inklużi fiż-żmien massimu ta’ 20 % tax-xandir ta’ reklamar televiżiv għal siegħa tal-arloġġ stabbilit minn dan l-Artikolu, iżda wkoll li dan jimponi tali inklużjoni.


(1)  ĠU C 292, 01.09.2014.