16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Wroclaw vs Minister Finansów

(Kawża C-276/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9(1) - Artikolu 13(1) - Persuni taxxabbli - Interpretazzjoni tal-kliem “b’mod indipendenti” - Korp komunali - Attivitajiet ekonomiċi mwettqa minn entità organizzattiva komunali fi kwalità barra minn dik ta’ awtorità pubblika - Possibbiltà li din l-entità tiġi kklassifikata bħala “persuna taxxabbli” fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 - Artikoli 4(2) u 5(3) TUE))

(2015/C 381/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmina Wroclaw

Konvenut: Minister Finansów

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li korpi rregolati bid-dritt pubbliku, bħal entitajiet baġitarji komunali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala persuni suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud peress li ma jissodisfawx il-kriterju ta’ indipendenza previst f’din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.