2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – Buzzi Unicem SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-267/14 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Suq tas-“siment u prodotti relatati” - Proċedura amministrattiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 18(1) u (3) - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Motivazzjoni - Preċiżjoni tat-talba))

(2016/C 156/08)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Buzzi Unicem SpA (rappreżentanti: C. Osti, A. Prastaro u A. Sodano, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u L. Malferrari, aġenti, M. Merola, aukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2014, Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni (T-297/11, EU:T:2014:123), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni ta-Kummissjoni C (2011) 2356 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Buzzi Unicem SpA marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-297/11 kif ukoll ma’ dik tal-appell.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.