27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-238/14) (1)

((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Klawżola 5(1) - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi - Kunċett ta’ ‘raġunijiet oġġettivi’ li jiġġustifikaw tali kuntratti”))

(2015/C 138/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Martin aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi żamm fis-seħħ derogi għall-miżuri intiżi li jipprevjenu użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi konklużi mal-ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.