14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias – il-Ġreċja) – Konstantinos Maïstrellis vs Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

(Kawża C-222/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 96/34/KE - Ftehim qafas dwar il-leave parentali - Punt 1 tal-klawżola 2 - Dritt individwali għal leave parentali minħabba t-twelid ta’ wild - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ċċaħħad mid-dritt għal tali leave lill-uffiċjal li l-konjuġi tiegħu ma jaħdimx - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol - Artikoli 2(1)(a) u 14(1)(ċ) - Kundizzjonijiet tax-xogħol - Diskriminazzjoni diretta))

(2015/C 302/12)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Konstantinos Maïstrellis

Konvenuta: Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif ukoll bid-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li uffiċjal ma huwiex intitolat għal leave parentali fis-sitwazzjoni meta l-konjuġi tiegħu ma jkunx jaħdem jew ma jkun jeżerċita ebda professjoni, sakemm, minħabba mard serju jew diżabbiltà, dan ma jkunx jista’ jaqdi l-bżonnijiet relatati mat-trobbija tal-wild.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.