20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Teekanne GmbH & Co. KG

(Kawża C-195/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/13/KE - Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel - Artikolu 2(1)(a)(i) u punt 2 tal-Artikolu 3(1) - Ittikkettjar ta’ natura li tista’ tqarraq lix-xerrej fuq il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel - Lista tal-ingredjenti - Użu tal-indikazzjoni “avventura lampun-vanilla” kif ukoll ta’ stampi ta’ lampun u ta’ fjuri tal-vanilla fuq il-pakkett ta’ infużjoni tal-frott li ma jinkludix dawn l-ingredjenti))

(2015/C 236/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Teekanne GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(a)(i) u l-punt 2 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-ittikkettjar ta’ prodott tal-ikel u l-metodi skont kif dan jitwettaq jistgħu jissuġġerixxu, permezz tad-dehra, tad-deskrizzjoni jew ta’ rappreżentazzjoni grafika ta’ ingredjent stabbilit, il-preżenza ta’ dan tal-aħħar f’dan il-prodott minkejja li, fil-fatt, dan l-ingredjent huwa assenti, fejn din l-assenza tirriżulta biss mil-lista tal-ingredjenti li tidher fuq l-imballaġġ tal-imsemmi prodott.


(1)  ĠU C 245, 28.07.2014.