7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Radu Florin Salomie, Nicolae Vasile Oltean vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj
(Kawża C-183/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167, 168, 179 u 213 - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ tranżazzjoni, mill-amministrazzjoni fiskali nazzjonali, bħala attività ekonomika suġġetta għall-VAT - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis għall-identifikazzjoni tal-operatur ikkonċernat għall-finijiet tal-VAT u għall-preżentata ta’ dikjarazzjoni ta’ din it-taxxa))
(2015/C 294/12)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Radu Florin Salomie, Nicolae Vasile Oltean
Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj
Dispożittiv
1) |
Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jipprekludux, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li amministrazzjoni fiskali nazzjonali tiddeċiedi, wara verifika fiskali, li tissuġġetta tranżazzjonijiet għat-taxxa fuq il-valur miżjud u timponi l-ħlas ta’ interessi moratorji, bil-kundizzjoni li din id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq regoli ċari u preċiżi u li l-prassi ta’ din l-amministrazzjoni ma kinitx ta’ natura li toħloq, f’moħħ operatur ekonomiku prudenti u attent, aspettattiva raġonevoli li din it-taxxa ma tiġix applikata għal tali tranżazzjonijiet, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. L-interessi moratorji applikati f’tali ċirkustanzi għandhom josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta li tagħti lill-persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input, dovuta jew imħallsa fuq oġġetti u servizzi użati fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet intaxxati, liema persuna taxxabbli, min-naħa l-oħra, għandha tħallas it-taxxa li kellha tiġbor, għas-sempliċi raġuni li hija ma kinitx identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud meta wettqet dawn it-tranżazzjonijiet, u dan sakemm ma tkunx ġiet debitament identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud u sakemm id-dikjarazzjoni tat-taxxa dovuta ma tkunx ġiet ippreżentata. |