27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Vario Tek GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-178/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Pożizzjoni 8525 80 - Kameras tat-televiżjoni, apparati fotografiċi numeriċi u camcorders tal-video - Taħt is-sub-intestatura 8525 u 8525 80 99 - Videjo kameras integrati fin-nuċċalijiet sportivi - Funzjoni “żum ottiku” - Reġistrazzjoni ta’ fajls li ġejjin minn sorsi esterni)

(2015/C 138/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vario Tek GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Dispożittiv

1)

In-nomenklatura magħquda li tidher fl-anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 2658/87 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffi Doganali komuni tad-dwana, fil-verżjoni emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li videjo kameras integrati f’nuċċalijiet sportivi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, huma nieqsa minn funzjoni “żum ottiku” ma twaqqafx il-klassifikazzjoni tal-imsemmija nuċċalijiet fl-intestaturi 8525 80 91 u 8525 80 99 ta’ din in-nomenklatura

2)

In-nomenkaltura magħquda li tidher fl-anness I tar-Regolament Nru 2658/87 fil-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1006/2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li videjo kameras integrati f’nuċċalijiet sportivi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, joffru l-possibbiltà biex jirrekordjaw u jaħżnu files ta’ awdjo u videjo fuq medja li tista’ titħassar miinn sors estern jopponi il-klassifikazzjoni tagħhom taħt is-sub-intestatura 8525 80 91 ta’ din in-nomenklatura jekk din ir-reġistrazzjoni tista’ tkun imwettqa b’mod indipendenti u mingħajr ma tiddependi fuq softwer jew ħardwer estern.


(1)  ĠU C 223,14.07.2014.