14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Alfredo Rendón Marín vs Administración del Estado

(Kawża C-165/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 u 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza fi Stat Membru ta’ ċittadin ta’ Stat terz li għandu preċedenti kriminali - Ġenitur li għandu l-kustodja esklużiva ta’ żewg ulied minuri, ċittadini tal-Unjoni - L-ewwel wild li għandu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ta’ residenza - It-tieni wild li għandu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-għoti ta’ titolu ta’ residenza lil dan l-axxendent minħabba l-preċedenti kriminali tiegħu - Rifjut ta’ residenza li jista’ jwassal għall-obbligu ta’ tluq tal-ulied mit-territorju tal-Unjoni))

(2016/C 419/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfredo Rendón Marín

Konvenuta: Administración del Estado

Dispożittiv

L-Artikolu 21 TFUE u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi r-rifjut awtomatiku tal-għoti ta’ permess ta’ residenza liċ-ċittadin ta’ Stat terz, li huwa ġenitur ta’ wild minuri ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru ospitanti, li tiegħu għandu l-kustodja u li jirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti, għar-raġuni biss li għandu preċedenti kriminali.

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-istess leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi r-rifjut awtomatiku tal-għoti ta’ permess ta’ residenza liċ-ċittadin ta’ Stat terz, ġenitur ta’ wlied minuri ċittadini tal-Unjoni li tagħhom huwa għandu l-kustodja esklużiva, minħabba l-fatt biss li huwa għandu preċedenti kriminali, meta dan ir-rifjut ikollu l-konsegwenza li dawn l-ulied ikunu obbligati jitilqu mit-territorju tal-Unjoni Ewropea


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.