20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-161/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98(2) - Punt 10 tal-Anness III - Rata mnaqqsa ta’ VAT applikabbli għall-provvista, għall-kostruzzjoni, għat-tiġdid u għat-tibdil ta’ djar, bħala parti minn politika soċjali - Punt 10a tal-Anness III - Rata mnaqqsa ta’ VAT applikabbli għat-tiġdid u għat-tiswija ta’ djar privati, għajr il-materjali li jifformaw parti sinjifikattiva mill-valur tas-servizz ipprovdut - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT għall-provvista ta’ servizzi ta’ installazzjoni u għall-kunsinni ta’ “materjali li jippermettu li tiġi ffrankata l-enerġija”))

(2015/C 236/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Clausen u C. Soulay, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Christie u M. Holt, aġenti, assistiti minn K. Lasok QC)

Dispożittiv

1)

Billi applika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi ta’ installazzjoni ta’ “materjali li jippermettu li tiġi ffrankata l-enerġija” u għall-kunsinni ta’ tali materjali minn persuna li tinstalla l-imsemmija materjali f’bini residenzjali:

sa fejn dawn il-provvisti u kunsinni ma jistgħux jitqiesu li huma “il-forniment [il-provvista], il-kostruzzjoni, ir-rennovazzjoni [it-tiġdid] u t-tibdil tad-djar, bħala parti minn politika soċjali” għall-finijiet tal-punt 10 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009;

sa fejn l-imsemmija provvisti u kunsinni ma jidħlux fil-kuntest ta’ “tiġdid u tiswija ta’ djar privati” għall-finijiet tal-punt 10a tal-Anness III tal-imsemmija direttiva, u

sa fejn anki meta jaqgħu taħt it-tiġdid u t-tiswija ta’ djar privati għall-finijiet tal-punt 10a tal-Anness III ta’ din id-direttiva, dawn il-provvisti u kunsinni jinkludu materjali li jifformaw parti sinjifikattiva mill-valur tas-servizzi pprovduti,

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2009/47, moqrija flimkien mal-Anness III tal-imsemmija direttiva.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.