|
1)
|
Meta llimitat:
|
—
|
skont l-Artikolu 46 tal-liġi dwar il-proċedura amministrattiva (Verwaltungsverfahrensgesetz), l-annullament tad-deċiżjonijiet għal difetti proċedurali għall-assenza tal-evalwazzjoni jew tal-eżami minn qabel tal-effetti fuq l-ambjent u għall-każijiet li fihom ir-rikorrent stabbilixxa li d-difett proċedurali għandu rabta kawżali mar-riżultat tad-deċiżjoni;
|
|
—
|
konformement mal-Artikolu 2(3) tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, u l-Artikolu 73(4) tal-liġi dwar il-proċedura amministrattiva, (Verwaltungsverfahrensgesetz), il-locus standi u l-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju għall-oġġezzjonijiet li diġà ġew prodotti matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni;
|
|
—
|
skont l-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, fil-proċeduri li ġew istitwiti wara l-25 ta’ Ġunju 2005 u tterminati qabel it-12 ta’ Mejju 2011, il-locus standi tal-assoċjazzjonijiet ambjentali għad-dispożizzjonijiet tad-dritt li jikkonferixxu drittijiet lill-individwi;
|
|
—
|
konformement mal-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, fil-proċeduri li ġew istitwiti wara l-25 ta’ Ġunju 2005 u tterminati qabel it-12 ta’ Mejju 2011, il-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ rikorsi ta’ assoċjazzjonijiet ambjentali, għad-dispożizzjonijiet tad-dritt li jikkonferixxu drittijiet lill-individwi; u
|
|
—
|
meta eskludiet, konformement mal-Artikolu 5(1) u (4) tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent, previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, mill-kamp tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali l-proċeduri amministrattivi li ġew istitwiti qabel il-25 ta’ Ġunju 2005,
ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha imposti fuqha mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, u mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).
|
|