|
26.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 354/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa- il-Latvja) – Andrejs Surmačs vs Finanšu un kapitāla tirgus komisija
(Kawża C-127/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 94/19/KE - Punt 7 tal-Anness I - Skema ta’ garanzija għal depożiti - Esklużjoni ta’ ċerti depożitaturi mill-iskema ta’ garanzija għal depożiti - Esklużjoni ta’ “amministratur”))
(2015/C 354/08)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andrejs Surmačs
Konvenuta: Finanšu un kapitāla tirgus komisija
Dispożittiv
|
1) |
Id-depożiti esklużi taħt il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2009, huma elenkati hemmhekk b’mod eżawrjenti, b’mod li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, kategoriji oħra ta’ depożitaturi li mill-perspettiva tal-funzjonijiet eżerċitati ma jaqgħux taħt il-kunċetti elenkati minn dan l-istess punt, sabiex fir-rigward tagħhom japplikaw l-esklużjoni mill-garanzija għal depożiti. |
|
2) |
Il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista b’din id-direttiva, bħala amministratur, il-persuni li, minħabba l-kariga miżmuma fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu, għandhom, irrispettivament mill-isem ta’ din il-kariga, livell ta’ informazzjoni u ta’ kompetenzi li jippermettilhom jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja reali u r-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu. |