14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Sveda” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-126/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist jew il-produzzjoni ta’ beni ta’ investiment - Passaġġ ta’ rikreazzjoni intiż direttament għall-użu mingħajr ħlas mill-pubbliku - Użu tal-passaġġ ta’ rikreazzjoni bħala mod biex jitwettqu tranżazzjonijiet intaxxati))

(2015/C 414/04)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Sveda” UAB

Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

fil-preżenza ta’: Klaipėdos apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

Dispożittiv

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għall-akkwist jew għall-produzzjoni ta’ beni ta’ investiment għall-finijiet ta’ attività ekonomika prevista, marbuta mat-turiżmu rurali u rikreattiv, li huma, minn naħa, direttament intiżi sabiex jintużaw mingħajr ħlas mill-pubbliku u, min-naħa l-oħra, jistgħu jippermettu li jitwettqu tranżazzjonijiet intaxxati, jekk tiġi stabbilita rabta diretta u immedjata bejn l-ispejjeż marbuta mat-tranżazzjonijiet input u tranżazzjoni jew numru ta’ tranżazzjonijiet output li jagħtu dritt għal tnaqqis jew mal-attività kollha tal-persuna taxxabbli, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ elementi oġġettivi.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.