18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Koblenz – il-Ġermanja) – RegioPost GmbH & Co. KG vs Stadt Landau in der Pfalz

(Kawża C-115/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Direttiva 96/71/KE - Artikolu 3(1) - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 26 - Kuntratti pubbliċi - Servizzi postali - Leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru li timponi fuq offerenti u s-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu li jħallsu paga minima lill-persunal li jkun qed jeżegwixxi s-servizzi fil-mira ta’ kuntratt pubbliku))

(2016/C 016/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RegioPost GmbH & Co. KG

Konvenut: Stadt Landau in der Pfalz

fil-preżenza ta’: PostCon Deutschland GmbH, Deutsche Post AG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif emendat bir-Regolament (UE) tal-Kummissjoni Nru 1251/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-offerenti u lis-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, b’dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tinhemeż mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat bl-eżekuzzjoni tas-servizzi li huma fil-mira tal-kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.

2)

L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, kif emendata bir-Regolament Nru 1251/2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ offerenti u tas-subappaltaturi tagħhom li jirrifjutaw li jintrabtu, b’dikjarazzjoni li tiġu mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lill-persunal inkarigat li jeżegwixxi s-servizzi fil-mira ta’ kuntratt pubbliku meqjus paga minima stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 175, 10.06.2015.