|
31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-113/14) (1)
((Rikors għal annullament - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 43(2) TFUE jew Artikolu 43(3) TFUE - Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 7 - Regolament (UE) Nru 1370/2013 - Artikolu 2 - Miżuri relatati mal-iffissar ta’ prezzijiet - Limiti ta’ referenza - Prezz ta’ intervent))
(2016/C 402/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, A. Lippstreu u A. Wiedmann, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt, C. Brodie u J. Kraehling, aġenti, assistiti minn A. Bates, barrister, Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Škeřík, J. Vláčil u D. Hadroušek, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L.G. Knudsen u R. Kaškina, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza, J.-P. Hix u S. Barbagallo, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-partijiet konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u G. von Rintelen, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, huwa annullat. |
|
2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013, tas-16 ta’ Diċembru 2013, li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, huwa annullat. |
|
3) |
L-effetti tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1308/2013 u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1370/2013 jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż ħames xhur mid-data minn meta tingħata din is-sentenza, ta’ leġiżlazzjoni sħiħa, ibbażata fuq il-bażi legali adatta, jiġifieri l-Artikolu 43(3) TFUE. |
|
4) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
5) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |