22.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – GST – Sarviz AG Germania vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-111/14) (1)
((Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT - Likwidazzjoni żbaljata tal-VAT mid-destinatarju - Issuġġettar tal-fornitur ta’ servizzi għall-VAT - Rifjut li jingħata r-rimbors tal-VAT lill-fornitur ta’ servizzi))
(2015/C 205/13)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GST – Sarviz AG Germania
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natisonalnata agentsia za prihodite
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud hija biss il-persuna taxxabbli li tipprovdi provvista ta’ servizzi meta din tkun ġiet ipprovduta minn stabbiliment fiss li jinsab fl-Istat Membru fejn din it-taxxa hija dovuta. |
2) |
L-Artikolu 194 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/88, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li jqis bħala persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud id-destinatarju ta’ provvista ta’ servizzi pprovduta minn stabbiliment fiss tal-fornitur, meta kemm dan tal-aħħar kif ukoll id-destinatarju ta’ dawn is-servizzi huma stabbiliti fit-territorju tal-istess Stat Membru, anki jekk dan id-destinatarju diġà ħallas din it-taxxa billi bbaża ruħu fuq il-preżunzjoni żbaljata li l-fornitur ma kellux stabbiliment fiss f’dan l-Istat. |
3) |
Il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-amministrazzjoni fiskali li tirrifjuta lill-fornitur ta’ servizzi r-rimbors ta’ din it-taxxa li huwa ħallas, filwaqt li d-destinatarju ta’ dawn is-servizzi, li wkoll ħallas l-imsemmija taxxa għall-istess servizzi, inċaħadlu d-dritt li jnaqqasha minħabba li huwa ma kellux id-dokument fiskali korrispondenti, peress li l-liġi nazzjonali ma tippermettix ir-regolarizzazzjoni tad-dokumenti fiskali meta jkun jeżisti avviż ta’ aġġustament definittiv. |